Ahbarijiet mill-Awstralija |
Contributed by Jesmond Attard
|
Jun 14, 2008 at 09:54 AM |
Inselmilkom hbieb. Illum Is-Sibt 14 ta' Gunju beda jintrema l'armar ta barra hekk nistaw nghidu li l-festa issa tinsab fil qrib . Kien hemm hafna nies li kienu jghinu u kullhadd ta daqqa ta' id mill l'ahjar li seta. Peress li hawn hekk naghmlu il-festa fix - xitwa kien daqxejn tal-ksieh u ghamlet ftit tax-xita wkoll imma ghal grazzja tal-bambin u ta' San Gwann mexa kollox harir. Issa nistenew sal l'Erbgha biex inkunu nistaw narmaw il-knisja minn gewwa. Ghal issa daqshekk inselli ghalikom hafna. Jesmond Attard Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 14, 2008 at 02:10 PM )
|
Read more...
|
|
It-Tieni Jum tan-Novena Grizma ta' L-Isqof |
Written by Frans Galea
|
Jun 14, 2008 at 09:22 AM |
Il-bierah il-Gimgha fil-knisja Rotunda saret il-funzjoni tal grizma ta' l-Isqof lil numru sabih ta guvintur u tfajliet minn Mons. Isqof Mario Grech. Numru kbir ta' Xewkin imlew il-Knisja biex wara l-Isqof t'Ghawdex bierek il-Logg il-gdid tar-Rotunda. | L-Arcipriet Mons.Carnelo Mercieca | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 14, 2008 at 09:54 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Claudio Vella
|
Jun 14, 2008 at 08:05 AM |
Open the link O Kbir Prekursur Giovanni F'dan il-jum tal-festa tieghek Naghtuk glorja w gieh minn qalbna U lkoll nifirhu mieghek. Glorja, glorja u ferh go qlubna Nissel fina, O Prekursur, Int it-tama, int l-imhabba Tax-Xewkin kbir Protettur. Fost l-ghajat u sparar qawwi Iktar tixghel qalbna pura; Il-ferh nissel fil-qlub kollha Sa ta' l-icken kreatura. Saltan fuqna, Kbir Govanni, Int tar-rahal protettur! Qatt ma nhalqu akbar minnek; Int il-glorja, l-ferh, l-unur. Iddoq il-Banda Prekursur taht id-direzzjoni ta' Mro. Tony Borg Contibuted by Ivan Farrugia Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 14, 2008 at 12:46 PM )
|
|
Laqgha ta' Talb ghaz-Zghazagh |
Contributed by Joseph Xuereb
|
Jun 13, 2008 at 10:59 PM |
Il-Hamis, 12 ta' Gunju, l-ewwel jum tan-Novena giet organizzata laqgha ta' talb ghaz-zghazagh fil-Knisja Rotunda, quddiem in-Nicca ta' San Gwann Battista. Din il-laqgha ta' talb kienet organizzata minn grupp ta' zghazagh, u kienet tinkludi wkoll feature bil-powerpoint. Numru kbir ta' zghazagh attendew ghal din il-laqgha ta' talb, biex hekk jaghtu bidu spiritwali ghac-celebrazzjoni tal-festa tal-Patrun taghna, San Gwann Battista. | Zghazagh migbura waqt it-talb | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 14, 2008 at 09:12 AM )
|
Read more...
|
|
Kliem tal-Innu Marc ta' J.J. Vella |
Written by Mario Borg
|
Jun 13, 2008 at 11:37 AM |
Dan il-Kliem kien gie immuzikat minn Mro V.Ciappara | Dettal mill-Istatwa ta' San Gwann ta' Hubert Saliba | F'dan il-jum ta' Milied Sajfi Mimli ferh ma kullimkien Gieh u hajr naghtuk Govanni Bl-ohla lsien ilkoll flimkien L-isem tieghek ihennina Ghax gie moghti mis-Smewwiet Fuq kulhadd il-ferh gewwieni Jidwi jidher bil-hlewwiet Qalbna sabet fik il-hegga Biex bnejnielek Tempju Gdid Gawhra w Zina ta' dil-gzira Sawwab fina barka w gid Il-ferh taghna l-ghozza tieghek F'dan il-Ghid ta' Twelid kbir Int bid-dawl tal-eqdes dija Qalbna tfawwar trid ittir
Insellmulek kbir Govanni Qalb id-daqq sparar w ghajjat Kbira r-rabta ta' bejnietna Li tinhall ma tista qatt Dejjem zomm idejk felhana Fuq uliedek mahbubin F'Jum Twelidek nghollu lilek Ghax Int l-ghaxqa tax-Xewkin |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 13, 2008 at 11:39 AM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 361 362 363 364 365 366 367 368 369 370 Next > End >>
|
Results 3671 - 3680 of 3927 |