Illum kompla ghaddej ix-xoghol fuq l-armar tad-dawl tar-Rotunda, fejn illum ingab krejn apposta biex jinbidlu xi bozoz li kienu mahruqin fil-faccata. Ta' min jghid ukoll li d-dawl kollu tas-salib tal-koppla l-kbira qed jinbidel kollu peress li kien garrab hsara kbira min sajjetta fix-xitwa.
26 ta' Gunju 1900 - Il-Kappillan Dun Pietru Bartolo
Written by Joanna Falzon
Jun 12, 2008 at 09:09 PM
Fis-26 ta’ Gunju 1900, il-Kappillan Dun Pietru Bartolo miet fl-ghomor ta’ 80 sena. Wara li saritlu l-quddiesa tal-funeral huwa gie midfun fil-qabar nru. 4 fil-Katidral ta’ l-Imdina f’ Malta. Dun Pietru Bartolo dam Kappillan tax-Xewkija hames snin mill-1859 sa 1864.
Id-Disa' kappillan tax-Xewkija Dun Pietru Bartolo
ritratt mehud: Mill-Ktieb "Ix-Xewkija fi Grajjiet il-Kappillani u l-Arciprieti Taghha"
24 ta' Gunju 1908 - Il-Purcissjoni bl-istatwa tal-Battista tibda issir filghaxija
Written by Joanna Falzon
Jun 12, 2008 at 08:05 PM
Fl-24 ta’ Gunju 1908, fi zmien l-Arcipriet Dun Anton Aquilina, l-purcissjoni bl-istatwa ta' San Gwann Battista bdiet tohrog filghaxija peress li qabel din il-purcissjoni kienet tohrog filghodu.
L-istatwa ta San Gwann Battista fuq iz-zuntier tal-Knisja waqt il-Festa