Home arrow History arrow October
October
21 ta' Ottubru 1904 - Tempju Pagan PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Joanna Falzon   
Oct 26, 2008 at 05:45 PM

Fil-21 ta’ Ottubru 1904, l-istoriku P. Magri sab bicca minn tempju pagan li jehodna hafna lura fiz-zmien.  Dawn il-bicciet minn dan it-tempju insabu fl-inhawi tal-Knisja l-Qadima tax-Xewkija.

 

xewkija-temple- pjanta
Il-Pjanta tat-Tempju Pagan li nstab mill-istoriku P.Magri
Write Comment (0 comments)
20 ta' Ottubru 1971 - il-Kanonku Mons. Carmelo Xuereb PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Joanna Falzon   
Oct 18, 2008 at 07:58 PM

Fl-20 ta’ Ottubru 1971, b’digriet ta’ l-Isqof Mons Nikol G. Cauchi, il-Kanonku Mons. Carmelo Xuereb gie maghzul Vigarju Ekonomu sakemm inhatar Arcipriet gdid tax-Xewkija wara l-mewt ta’ l-Arcipriet Grech.

bishop-gozo-large
L-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Oct 21, 2019 at 11:54 AM )
19 ta' Ottubru 1971 - Il-Funeral ta l-Arcipriet Grech PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Joanna Falzon   
Oct 18, 2008 at 07:54 PM

Fid-19 ta’ Ottubru 1971, sar il-Funeral ta’ l-Arcipriet Dun Guzepp Grech.  Il-Funeral kien akkumpanjat mill-Banda Prekursur tax-Xewkija b’marci funebri, u li ghal dan il-funeral attenda ukoll l-poplu Xewki sabiex jaghti l-ahhar tislima lil Arcipriet Dun Guzepp Grech.

 

 

Arcipreit Grech
L-Arcipriet Dun Guzepp Grech
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 19, 2008 at 03:00 PM )
18 ta' Ottubru 1971 -Imut l-Arcipriet Dun Guzepp Grech PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Joanna Falzon   
Oct 18, 2008 at 07:50 PM

Fit-18 ta’ Ottubru 1971, miet l-Arcipriet Dun Guzepp Grech fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex wara incident stradali li kellu erbat ijiem qabel fl-Mgarr Ghawdex waqt li kien fi triqtu lejn Malta.  Meta sar l-incident l-Arcipriet Grech kien sejjer Malta sabiex jordna l-hgieg tal-knisja Rotunda tax-Xewkija.  Huwa kien ilu Arcipriet tax-Xewkija mil-1946. Huwa miet fl-ghomor ta 63 sena.

21DunGuzeppGrechLRES
L-Arcipriet Dun Guzepp Grech
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Oct 20, 2015 at 05:56 PM )
17 ta' Ottubru 2006 - Grezzju Spiteri PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Joanna Falzon   
Oct 18, 2008 at 07:43 PM

Fis-17 ta Ottubru 2006, sar il-funeral ta’ Grezzju Spiteri. L-ahbar li miet Grezzju xterdet max-Xewkija kollha, kmieni filghodu ta’ nhar il-Hamis 12 ta’ Ottubru. Il-funeral beda ghall-habta ta’ l-4.15 p.m. mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex sa hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur fi Triq il-Knisja. Kienet xewqa ta’ Grezzju nnifsu li l-funeral ghandu jibda minn hdejn il-Kazin li ghalih tant stinka u hadem. Grezzju jibqa’ msemmi ghall-imhabba li kellu lejn il-Banda Prekursur - kull fejn tmur il-banda, Grezzju kien dejjem minn ta’ quddiem jerfa’ l-istandard tal-banda tar-rahal taghna.  Il-Banda Prekursur akkumpanjat it-tebut ta’ Grezzju li gie merfuh miz-zghazagh tal-Kumitat Zghazagh Xewkin,b’daqq ta’ marci funebri minn hdejn il-Kazin sal-Pjazza  fejn fil-5.30 p.m. bdiet il-Quddiesa Funebri mmexxija mill-Arcipriet tar-rahal taghna, Mons. Carmelo Mercieca. Prezenti fost il-folla kbira li attendiet ghall-funeral, kien hemm il-Kumitat tal-Banda Prekursur, kif ukoll kumitati ohra fi hdan l-istess banda, is-Surmast Mro. Anthony Borg, u bosta bandisti kemm tal-Banda Prekursur kif ukoll minn diversi baned Ghawdxin. Waqt il-korteo mill-Knisja ghac-Cimiterju San Gwann Battista, inharaq ukoll salut b’tislima lil Grezzju Spiteri. Id-difna saret fic-Cimiterju tal-Parrocca.

gs
Grezzju Spiteri jerfa l-Istandard li tant kien ihobb tal-Banda Prekursur
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Oct 19, 2008 at 06:48 AM )
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 Next > End >>

Results 16 - 20 of 35
Friday, 29 th March 2024
01:09 
A+ | A- | Reset