Home arrow Sports
News - Sport Section
Jittellghu l-Poloz tal-Loghob tal-Kampjonat Ghawdxi 2012-2013 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Aug 18, 2012 at 12:19 PM
Il-bierah fil-Kwartieri tal-GFA fil-Gozo Stadium, gew imtella' l-loghbiet tal-Kampjonat Ghawdxi ghall-istagun li gej . It Tim ta' Xewkija Tigers taht it-tmexxija tal-kowc Simon Cassar ser jilghab l-ewwel loghba kompetittiva tieghu fis-semi finali tat-Tazza Indipendenza kontra ir-rebbieh tal-konfront bejn Nadur Y. u Xaghra U. filwaqt li l-ewwel loghba tal-Kampjonat tkun kontra Xaghra U. .
 DSCN0105-1024
 Xewkija Tigers 2011-2012
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Aug 19, 2012 at 06:54 PM )
l-Ewwel Laqgha ghal-Players tax-Xewkija Tigers ghal-Istagun 2012/13 PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jul 21, 2012 at 01:17 AM
     Il-bierah il-Gimgha 20 ta' Lulju 2012 saret l-ewwel laqgha ghal-players tat-tim tax-Xewkija Tigers li ser ikunu jiffurmaw l-iskwara ghal-istagun li gej 2012/13 . Il-laqgha saret fis-sala tal-club tat-Tigers u ghalija attendew il-players kollha li ser jilghabu max-Xewkija . Il-laqgha giet indirizzata mil-President Jeffrey Farrugia u l-Coach Simion Cassar flimkien ma' l-Ass. Coach Noel Cardona . Il-President fisser lil players l-isfida kbira u difficli li issa ghandhom wara li l-istagun li ghadda huma rebhu l-unuri kollha li joffri l-Futball Ghawdxi . Semma diversi ezempji ta' timijiet li wara li kisbu sucess ikkrollaw u qalihom li huwa ehfef li  minn isfel titla fuq milli izzomm postok fuq . Is-Sur Farrugia habbar ukoll li ghal-istagun li gej bhala barranin ser ikkollhon lil Martin Hrusba ( Li kien mat-Tigers l-istagun li ghadda ) flimkien ma' player iehor Skoccis Dene Shields li kien jilghab bhala attakant fil-Premier ta' Malta ma' Hamrun Spartans . Imbaghad tkellem il-Coach li qal li din is-sena ser jibdew it-training ftit tard u ghalekk talab lil players kollha biex jaghmlu ftit izjed sagrificcju . L-ass . Coach qalilhom li minn ghada ser jibdew issirulhom xi testijiet biex ikun jista jitfassal il-Pre-seoson . Fl-ahhar il-Players inghataw l-ahhar informazzjoni dwar is-safra ghal Spanja li ser tibda nhar it-Tlieta 24 ta' Lulju 2012 bhala ringrazzjament lil players kollha li laghbu mat-Tigers l-istagun li ghadda . [ Ritratti: Frans Galea ]
 DSCN9951-1024
 Waqt il-Laqgha ghal-Players
tax-Xewkija Tigers

 
Dene Shields
 Dene Shields fl-azzjoni
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 25, 2012 at 12:34 AM )
Read more...
Issir il-Laqgha Generali tax-Xewkija Tigers 2012/13 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 11, 2012 at 03:50 AM
        Nhar is-Sibt 9 ta' Gunju 2012 saret il-laqgha generali tax-Xewkija Tigers ghall-istagun 2012/13. Din il-laqgha saret fis-sala tal-cklabb tax-Xewkija Tigers li jinsab fi Pjazza San Gwann Battista u ghaliha attendew hafna players u membri. Wara li nhatar ic-'chairman' (is-Sur Simon Dingli) inqraw il-minuti tal-ahhar laqgha mis-segretarju Joseph Attard. Imbaghad kien imiss lill-President Jeffrey Farrugia li jaghmel id-diskors tieghu. Kif spicca dan id-diskors is-Sur Farrugia gie pprezentat ritratt tieghu bit-tazza tal-Kampjonat bhala apprezzament ghax-xoghol tieghu u ta' shabu tal-kumitat matul is-snin. Wara nqara r-rapport finanzjarju mill-Kaxxier is-Sur Franco Azzopardi u saret diskussjoni biex imbaghad kien imiss lill-Presedent tal-GFA s-Sur Alvin Grech biex jghid kelmtejn tal-okkazzjoni. Ta' min jghid ukoll li ghal-laqgha kien hemm il-vici President tal-GFA s-Sur Paul Galea. Fl-ahhar gie kkonfermat il-Kumitat prezenti ghall-istagun 2012/13. [ Ritratti: Frans Galea ]
 DSCN0550-1024
 Membri tal-Kumitat flimkien ma' ufficjali
tal-GFA waqt il-Laqgha Generali

 
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 12, 2012 at 04:15 PM )
Read more...
Xewkija Tigers Protagonisti waqt il-GFA 'Presentation Dinner' PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 10, 2012 at 05:37 AM
      Nhar il-Gimgha 8 ta' Gunju 2012, il-Gozo Football Assosiation organizzat il-prezentazzjoni annwali taghha tal-unuri mirbuha fl-istagun 2011/12. Bhalma jaf kulhadd nistghu nghidu li din is-sena t-tim ta' Xewkija Tigers rebhu l-unuri kollha tal-Ewwel Divizjoni kif ukoll il-plejer Rodney Buttigieg intghazel bhala l-ahjar plejer tal-Ewwel Divizjoni. Addizjonalment, it-tim ta' taht it-tmintax-il sena gie 'runner-up' fil-final tan-KO. F'din is-serata saru diskorsi tal-okkazzjoni mill-President tal-GFA s-Sur Alvin Grech u l-President tal-MFA s-Sur Norman Darmanin Demajo. Barra minn hekk il-President ta' Xewkija Tigers is-Sur Jeffrey Farrugia u Rodney Buttigieg gew intervistati mill-istazzjon One TV. [ Ritratti : Frans Galea ]
 DSCN0526-1024
 Jeffrey Farrugia u Joseph Attard jircievu
t-Tazzi ta' 'Champions' tal-Ewwel Divizjoni.

 
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 10, 2012 at 07:59 PM )
Read more...
Xewkija Tigers mistiedna fil-Liverpool Supporters Club PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 15, 2012 at 12:42 AM
Nhar il-Gimgha 11 ta' Mejju 2012, il-Kumitat flimkien mal-Kowcis u l-Plejers tat-tim tar-rahal taghna kienu mistiedna ghal zjara fil-klabb tas-sapporters ta' Liverpool FC gewwa Ghawdex. Dan il-klabb jinsab fix-Xewkija stess u l-istedina saret mil-PRO tal-kumitat, is-Sur Charlie Farrugia. Prezenti kien hemm ukoll membri ohra tal-kumitat li hadu bibita u qass
mu l-hsibijiet taghhom flimkien. Fl-ahhar gew mehuda wkoll ritratti ta' tifkira ta' din l-okkazzjoni flimkien mat-tazzi li rebhu Xewkija Tigers. [ Ritratti: Frans Galea u Jason Attard  ]
DSCN0178-1024
 Ritratt tal-Okkazzjoni
 
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 16, 2012 at 04:28 PM )
Read more...
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 1 - 5 of 262
Monday, 27 th March 2017
19:38 
A+ | A- | Reset
Translator
Xewkija Parish
XewkijaParish.org