Home arrow Sports
News - Sport Section
It-Tigers jiksbu t-tieni rebha fil-Kampjonat PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 25, 2009 at 09:47 PM

       Nhar il-Hadd 22 ta' Novembru t-tim tax-Xewkija Tigers laghab l-ahhar loghba ta' l-ewwel rawnd tal-Kampjonat ta' l-Ewwel Divizjoni Ghawdxija u hareg rebbieh 4-2 fuq Ghajnsielem F.C. . Din kienet it-tieni rebha fil-kampjonat wara li izjed qabel kienu rebhu lil Victoria H. biex b'hekk it-Tigers spiccaw l-ewwel rawnd b'sitt punti. Il-gowls ghat-Tigers gew minn Basil Chibueze ( 2 gowls ),  Andreas Fotso u Joseph Azzopardi. Fil-half time l-iskor kien 3-0 favur ix-Xewkin. [Informazzjoni u ritratti: John Spiteri ]

r1xvgh

 Azzjoni mil-loghba kontra Ghajnsielem

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 26, 2009 at 04:15 PM )
Read more...
Ahbarijiet minn Nursery tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Nov 25, 2009 at 07:09 AM
      Nhar il-Hadd 22 ta' Novembru 2009, Xewkija Tigers Youth Nursery bill-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Xewkija, organizza Jum ix-Xewkija Football Festival. Dan il-festival sar appuntament annwali fic-celebrazzjonijiet organizzati mill-Kunsill Lokali.
      Ghal dan it-tournament, li kien ghat-tfal ta' taht -id 9 snin, hadu sehem: Xewkija Tigers, Munxar Falcons, Oratory Youths u Kercem Ajax. It-tournament intrebah minn Oratory Youths li rebhu il-loghbiet kollha. Fl-ahhar tat-tournament, is-Sindku, l-Avukat Monica Vella ipprezentat trophy lil kull min ha sehem f'dan il-festival fejn irrenja l-ispirtu sportiv. [ Rapport u Ritratt: Joseph Dingli ]
 
jixt09
 It-Timijiet flimkien mal-Ufficjali u
s-Sindku Monica Vella

  
          
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 25, 2009 at 03:43 PM )
BBQ minn Nursery tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Nov 13, 2009 at 01:11 PM

      Nhar il-Gimgha 6 ta' Novembru, il-kumitat ta' Xewkija Tigers Youth Nursery organizza BBQ ghat-tfal tal-kategorija ta' taht -id 9 snin li jithargu man-Nursery taghna. Dan il-BBQ sar grazzi ghall-kumpanija V. Sare & Sons Ltd. li sponsorjat din l-attivita'. [ Informazzjoni u Ritratti: Joseph Dingli ]

bbqu9

 Tfal tan-Nursery jieklu flimkien

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 13, 2009 at 01:18 PM )
Rebha ohra ghax-Xewkija Tigers ta' taht l-14-il sena PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Nov 10, 2009 at 09:28 PM

      Nhar il-Hadd 8 ta' Novembru, it-tim ta' taht l-14-il sena tax-Xewkija Tigers kiseb rebha kbira kontra Victoria Hotspurs f'loghba mill-Kampjonat ta' l-istess kategorija. It-Tigers rebhu 7-1 u l-gowls gew minn Gennaro Hili (4 gowls), Luke Portelli (2 gowls) u Omar Xuereb (gowl). [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri ]

u14vsvh1

 Azzjoni mil-loghba U.14 kontra vs Victoria H.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 12, 2009 at 08:20 PM )
Tasal l-ewwel rebha tat-Tigers fil-Kampjonat PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 08, 2009 at 12:10 PM

       Ilbierah Xewkija Tigers laghbu r-raba' loghba fil-Kampjonat ta' l-ewwel Divizjoni Ghawdxija kontra l-isfidanti ghall-unuri Victoria Hotspurs. It-Tigers laghbu loghba kbira u hargu rebbieha 1-0 bl-uniku gowl tal-loghba jasal fl-ewwel taqsima minn Andreas Fotso wara freekick ta' Christ Camilleri. [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri.Video Clip : Frans Galea  ]

xtvh1

 Azzjoni mil-loghba Xewkija T.
kontra Victoria H.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 10, 2009 at 07:56 PM )
Read more...
<< Start < Previous 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Next > End >>

Results 121 - 125 of 262
Friday, 17 th May 2024
06:41 
A+ | A- | Reset