Home arrow Sports
News - Sport Section
Thejjijiet ghal Ftuh tal-Kumpless il-Gdid Tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Aug 16, 2009 at 12:09 PM

        Bhalissa ghaddejjin preparamenti kbar ghac-cerimonja tal-ftuh ufficcjali tal-Kumpless il-Gdid tax-Xewkija Tigers. Is-sotto kumitat li twaqqaf mill-kumitat tax-Xewkija Tigers ilu xhur jaghmel il-preparamenti mehtiega ghal din l-okkazjoni specjali. Il-ftuh mistenni jsir nhar is-Sibt 22 t'Awissu u c-ceremonja ser tinzamm fi Pjazza San Gwann Battista quddiem il-kazin il-gdid. [ Ritratt: Frans Galea ]

xtsc1

 Parti mil-Faccata tal-Club il-Gdid

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Aug 16, 2009 at 10:53 PM )
Jitilghu l-poloz tal-Kampjonat ta' l-Ewwel Divizjoni Ghawdxija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Aug 15, 2009 at 02:51 PM

Din il-gimgha telghu l-poloz tal-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni tal-Futbol Ghawdxi. It-Tim tax-Xewkija Tigers ser jilghab l-ewwel loghba kontra Nadur Youngsters nhar il-Hadd 20 ta' Settembru fil-grawnd ta' Sannat. Wara jiltaqghu kontra SK Victoria Wanderers, Sannat Lions, Victoria Hotspurs, Kercem Ajax u Ghajnsielem F.C. Ta'min jghid ukoll li t-Tigers ser ikunu taht it-tmexxija tal-coach  Mario Bonello.

xt0809

 It-Tim tax-Xewkija Tigers 2008/09

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Aug 16, 2009 at 06:40 PM )
Xewkija Tigers jibdew il-preparamenti ghal-istagun 2009/10 PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Aug 13, 2009 at 06:52 AM

      Dawn l-ahhar jiem it-tim tax-Xewkija Tigers fetah ufficjalment l-istagun 2009/10 meta nhar il-Gimgha 7 t'Awissu saret laqgha ghall-plejers kollha tax-Xewkija. Il-laqgha kienet indirizzata mill-coach Mario Bonello u l-president Jeffrey Farrugia. Prezenti wkoll kien hemm is-segretarju Joseph Attard u membri ohra tal-kumitat. Il-coach Bonello spjega li dan l-istagun it-tim ser ikollu sfida kbira u qal li qed jaspira li jikseb post mal-ewwel erbgha fil-klassifika. Anke l-president fisser li minkejja l-hlasijiet li l-club irrid jaghmel fuq il-post il-gdid tat-Tigers , il-kumitat qed jipprova biex fil-limitazzjonijiet tieghu jgib plejers barranin ta' kwalita u li verament ikunu ta' ghajnuna ghat-tim. Sadanitant l-ewwel loghba kompetittiva ghat-Tigers ser tkun kontra SK Victoria Wanderers fit-tazza Indipendenza. L-ewwel loghba tal-kampjonat ser tkun kontra Nadur Y. fl-20 ta' Settembru.[ Ritratti: Jason Attard ]

 pm1

 Mario Bonello jkellem lil Plejers

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Aug 13, 2009 at 09:07 PM )
Read more...
Hames Plejers tax-Xewkija Tigers Nursery imorru l-Ingilterra mat-Tim tal-Gozo Y. F. A PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Aug 11, 2009 at 01:02 PM

       Hames plejers min-Nursery tax-Xewkija Tigers, mis-27 ta' Lulju sat-3 t' Awissu marru l-Ingilterra biex flimkien ma' plejers ohra Ghawdxin jiehdu sehem f' tournament ghat-timijiet taht il-hmistax-il sena.  Il-loghob sar fil-belt ta' Liverpool u l-plejers Xewkin kienu Gennaro Hili, Omar Xuereb, Nicholas Cauchi, Johnny Farrugia u Lorjean Xuereb.  Huma laghbu hames loghbiet u l-attakant Gennaro Hili skorja seba' gowls, tlieta minnhom f'loghba wahda.  Ta' min jghid ukoll li huma zaru l-grawnds ta' Liverpool u Manchester United, Anfield u Old Trafford rispettivament.

 football1

 L-arma tax-Xewkija Tigers Youth Nursery

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Aug 12, 2009 at 07:41 PM )
Attivita shieha mix-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jul 28, 2009 at 09:53 PM

      Bhalissa l-kumitat tax-Xewkija Tigers ghaddej b'hidma kbira bi thejjija ghal-istagun kalcistiku li jmiss. Infatti wara li t-Tigers rebhu l-promozzjoni l-istagun li ghadda mill-ewwel ikkonfermaw lil Mario Bonello bhala l-coach. Bdiet ukoll hidma kbira biex jissahah it-tim fejn diga hemm xnijat li jista jinghaqad xi player Malti kif ukoll qieghdin jissemmew li jistghu jigu zewgt barranin. Ta' minn jghid ukoll li Mark Camilleri jista dan l-istagun jerga jilghab fil-premier Malti fejn diga hemm interess fih minn timijiet Maltin, pero dwar dan qabel irid ikun hemm diskussjonijiet mal-kumitat tat-Tigers. Anke l-futur taz-zghazugh Manwel Xerri ghadu incert wara li l-istagun li ghadda laghab mal-youths tas-Sliema.[Ritratt: Frans Galea]

 mb1

 Mario Bonello

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 28, 2009 at 10:00 PM )
<< Start < Previous 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Next > End >>

Results 146 - 150 of 262
Friday, 17 th May 2024
06:41 
A+ | A- | Reset