Home arrow News arrow Skola
News - Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
Feb 01, 2010 at 10:11 PM

Id f ' Id - Frar, 2010 

L-Erbgha, (3): Puppet Show ghal P3, P4 u P5 fil-11 am. It-tfal iridu jgibu maghhom diversi affarijiet (ara nota fin-noticeboard).It-tabib jara t-tfal tal- P1 fid-9am. Il-genituri jridu jigu u jgibu maghhom il-ktieb tat-tilqim.
Laqgha ta' l-EkoSkola fit-8am

l-Hamis, (4): Ikun hawn il-qrar ghal-P4,P5 u P6.

Il-Gimgha, (5): Quddiesa fid-8.45am.


 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 01, 2010 at 07:19 PM )
Read more...
Student mil-Iskola Primarja tax-Xewkija jirbah premju PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Jan 22, 2010 at 06:28 PM

       Anthony Grima ,student fil-Year 5 ta' l-Iskola Primarja tax-Xewkija dan l-ahhar rebah premju f'kompettizzjoni organizzata mil-German Maltese Circle li fija hadu sehem studenti minn bosta skejjel f'Malta u Ghawdex. Il-prezentzzjoni tal-premju sar mis-surmast ta' l-iskola s-Sur Saviour Tabone fil prezenza ta' shabu l-istudenti. It-tfal kellhom jiktbu  dwar leggendi Germanizi . [ Ritratt: Frans Galea ]

psx1

 Waqt il-prezentazzjoni tal-premju lil
Anthony Grima

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jan 22, 2010 at 06:38 PM )
Serata tal-Milied fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 25, 2009 at 01:32 AM

       Nhar it-Tnejn 21 ta' Dicembru fl-Iskola Primarja tax-Xewkija saret serata ta' kant , zfin u bosta affarijiet ohra mill-istudenti ta' din l-iskola . Fija hadu sehem l-istudenti kollha li kienu imhejjija mil-ghalliema taghhom flimkien mas-Surmast is-Sur Saviour Farrugia. [ Video Clips : Frans Galea ]

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 25, 2009 at 02:14 AM )
Read more...
Purcissjoni tal-Milied fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Dec 21, 2009 at 06:45 PM

Fil-Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija nzammet il-Purcissjoni tal-Bambin.  Il-purcissjoni tmexxiet mid-Direttur Spiritwali, il-Kanonku Dun Anton Refalo bl-ghajnuna ta' l-ghalliema.  Qabel il-purcissjoni, hu ghamel hsieb dwar l-iskop ghaliex issir purcissjoni.  Diversi tfal gabu fanali ckejknin maghmula minnhom stess billi rriciklaw bottijiet u xema'.  Diversi genituri hadu sehem ukoll ghal waqt din il-purcissjoni.  Il-purcissjoni ghaddiet minn quddiem kull klassi u spiccat fis-sala ta' l-iskola.  Hemm sar xi talb u hsieb generali dwar il-Milied.

[ Informazzjoni u ritratti : SaviourFarrugia ]

pmsp1

 Tfal ta' l-iskola Primarja tax-Xewkija
waqt il-purcissjoni

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 21, 2009 at 09:50 PM )
Read more...
Il-Bandiera l-Hadra mtella' fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Dec 15, 2009 at 03:00 AM

      Wara li ppartecipat fil-programm EkoSkola, li hu koordinat minn Nature Trust (Malta) l-iskola Primarja tax-Xewkija giet ippremjata bil-Green Flag biex b'hekk hi t-tieni skola f'Ghawdex li rebhet dan l-unur li s-sena l-ohra kien intrebah mill-iskola Primarja tax-Xaghra. EkoSkola huwa programm internazzjonali li hu mmexxi mill-Foundation for Environmental Education u jiffoka fuq it-tmexxija ambjentali. In-Nature Trust (Malta) introduciet dan il-programm f'Malta fis-sena skolastika 2002-2003 f'sitt skejjel f'Malta.  Prezentament hemm mitt skola jew 61% tal-iskejjel f'Malta u Ghawdex li qed jippartecipaw fil-programm EkoSkola. L-ghanijiet ta' dan il-programm huma dawk li joffru opportunità biex studenti zghar jibdew jadottaw rwoli partecipattiv fid-decizjonijiet ambjentali u jkunu attivi f'dan ir-rigward, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità.  Fi sfera internazzjonali dan il-programm gie adottat f'sebgha u erbghin pajjiz.  Din id-dimensjoni taghti timbru uniku u prestigjuz lil dawk l-iskejjel li jilhqu livell gholi f'dan il-qasam u jigu premjati bil-Green Flag.  Dan jghodd b'mod partikolari f'din is-sena li matulha saru diskussjonijiet intensivi fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent taghna u l-isfida globali tal-bdil fil-klima.

[ Informazzjoni : Saviour Tabone Video Clip : Mario Borg ]Write Comment (3 comments)
Last Updated ( Dec 16, 2009 at 08:35 PM )
Read more...
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 11 - 15 of 56
Friday, 19 th April 2024
15:06 
A+ | A- | Reset