Ezamijiet Junior Lyceum: It-Tnejn, 5 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju. L-iskola tibda fil-10.45am It-Tlieta, 6 ta’ Mejju: Tahdita ghall-genituri tat-tfal tal-Year 5 mill-OASI. Hin: 1pm. Tonqsux!Id-Dental Hygienist se jkellem lit-tfal tal- Yr 1 u Yr 4. It-tfal tal-Yr 2 se jkollhom mumenti ta’ qari fil-librerija tal-Kunsill. Tpingijiet Red Cross: L-Erbgha, 7 ta’ Mejju jingabru t-tpingijiet ghall-kompetizzjoni tar-Red Cross. Book Fair u Plant Fair: Fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm, min-nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju, fl-iskola se jkollna dawn il-fieri biex it-tfal ikunu jistghu jixtru xi haga zghira lill-ommhom, zija, nanna, ohthom… permezz ta’ din in-nota, nixtiequ lill-OMMIJIET KOLLHA l-festa t-Tajba Klabb Sajf: Infethu l-applikazzjoni ghal Klabb Sajf. Dan ikun tliet darbiet fil-gimgha. Kull min hu nteressat ikellem lil Ms. Mariella Grech. Skola Sajf: L-applikazzjoni ghal SkolaSajf 2008 issa miftuha. Isir hlas ta’ €11.50 (Lm4.94). Dawn isiru ghall-Klassijiet tal-Year 4,5 u 6 minn studenti universitarji. Mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn id-9am u 12.00pm. Huwa mument tajjeb biex l-istudenti taghna ma jitghazznux fis-sajf. Jibda fl-14 ta’ Lulju sal-5 ta’ Settembru. Ghal aktar dettalji, kellmu lil Mr Tabone. Kindergarten: Il-Kap ta’ l-Iskola Primarja ‘Rosa Magro’ fix-Xewkija fi hdan il-Kullegg ta’ Ghawdex, jixtieq javza lil dawk il-genituri li uliedhom twieldu bejn Mejju 2005 u April 2006 u li behsiebhom jidhlu fil-kindergarten , biex imorru jiktbuhom l-iskola sa nhar il-Gimgha, 9 ta’ Mejju. Il-genituri huma mitluba jiehdu maghhom ic-certifikat tat-twelid tat-tifel/tifla u l-ktieb tat-tilqim. Write Comment (0 comments) |