Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Il-Banda Prekursur taghmel il-marc tad-Dimostrazzjoni fl-Gharb PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jul 10, 2019 at 06:20 PM

Il-Gimgha 5 ta’ Lulju 2019, il-banda Prekursur hadet sehem fil-marc tad-dimostrazzjoni tal-Vizitazzjoni fir-rahal tal-Gharb flimkien mal-banda San Girgor ta Kercem. Il-banda Preskursur daqqet is-sett tal-marci popolari flimkien mal-Innu marc u l-Ave Marija waqt li l-Istatwa qieghed titelgha fuq il-padestal taghha.

' Lulju 2019-2000

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 10, 2019 at 06:23 PM )
Is-Surmast Anthony Borg jidderiegi ghal-ahhar darba il-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jul 10, 2019 at 06:11 PM

Il-banda Prekursur ghal darba ohra reget ippartecipat fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl fir-rahal tan-Nadur, fejn nhar il-festa, s-Sibt 29 ta’ Gunju 2019, esegwiet programm muzikali fuq il-plancier fil-Pjazza ewlenija San Pietru u San Pawl. Il-banda kienet taht is-surmast Direttur Anthony Borg u din kienet l-ahhar darba li s-Surmast Anthony Borg idderiga lill banda Prekursur bhala Surmast Direttur taghha.

' Gunju 2019-2000

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 10, 2019 at 06:24 PM )
Il-GHZBX jipprezentaw l-innu ' Ghaziz Gwanni Patrun taghna ' lil Parrocca tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 20, 2019 at 01:00 AM

It-Tlieta 18 ta’ Gunju 2019– waqt programm muzikali, quddiem il-kazin tal-Banda Prekursur, li ttella’ bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-festa ta’ din is-sena ndaqq ghall-ewwel darba l-innu l-gdid bl-isem “Ghaziz Gwanni Patrun taghna”. Dan l-innu, li gie ikkummissjonat mill-Ghaqda Zghazagh Brijuzi Xewkin, ghandu lirika ta’ Mario Borg u muzika ta’ Mro Mark Gauci. Fi tmiem din is-serata dan l-innu gie irregalat lill-parrocca sabiex jibda jindaqq mill-Banda Prekursur waqt il-hrug tal-istatwa ta’ San Gwann mill-knisja f’nhar il-festa.( Ritratti : Ghaqda Zghazagh Brijuzi Xewkin )

ghaziz gwanni  patrun
 ghaziz gwanni  patrun prez

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 13, 2020 at 01:06 PM )
INAWGURAZZJONI TAT-TUZELL TAL-FESTA PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 11, 2019 at 11:59 AM

Nhar il-Hamis 6 ta’ Gunju 2019 saret l-inawgurazzjoni tat-Tuzell tal-Festa wara x-xoghol ta’ restawr u konservazzjoni li sar fuqu. Saret prezentazzjoni minn Lawrence Caruana li kien inkarigat mit-trasport tar-rakkmu tieghu u prezentazzjoni ohra minn Pierre Bugeja f’isem id-Ditta Prevarti li hadet hsieb ir-restawr u l-konservazzjoni tal-injam u l-induratura. Dan ix-xoghol ha madwar sentejn. Waqt ic-cerimonja tal-inawgurazzjoni ha sehem ukoll il-Kor tat-tfal tal-parrocca, “Ulied il-Battista”. L-Arcipriet ghamel diskors tal-okkazjoni li fih fisser is-sinjifikat tat-Tuzell u rringrazzja lill-benefatturi kollha li taw il-kontribut taghhom biex dan il-progett seta’ jkun possibli. Ghall-ewwel parti tac-cerimonja t-Tuzell kien imdendel fil-baxx fuq l-artal, u mbaghad, wara li gie mbierek mill-Arhipriet, ittella’ ’l fuq f’postu waqt il-kant tal-innu l-gdid “Ghaziz Gwanni, Patrun taghna”.

 DSC_1119-2000

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 12, 2019 at 08:19 PM )
Jigu maghrufa il-membri tal-Kunsill Lokali gdid tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 30, 2019 at 05:29 PM

Il-bierah l-Erbgha 29 ta' Mejju 2019, saru maghrufa il-hames kunsilliera godda li ser iservu fil-Kunsill Lokali tax-Xewkija wara l-ellezzjoni ta' nhar is-Sibt 25 ta' Mejju 2019. Dawn huma,

 3d crest with shadow

Hubert Saliba ( Sindku )

Paul Azzopardi 

Jeanelle Attard

John Vella

Donenic Zerafa

Ahna nifirhulhom u nawgurawlhom hidma fejjieda ghar-rahal taghna tax-Xewkija.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 31, 2019 at 01:04 AM )
<< Start < Previous 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>

Results 109 - 117 of 2623
Tuesday, 23 rd April 2024
23:40 
A+ | A- | Reset