Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Il-Hames Hamis ta' qabel il-Festa ta' San Gwann fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 20, 2010 at 10:41 PM

       Il-bierah il-Hamis 20 ta' Mejju gie ccelebrat il-Hames Hamis bi preparazzjoni ghal-Festa ta' San Gwann li din is-sena ser tkun nhar il-Hadd 27 ta' Gunju. Nistghu nghid li r-rih qawwi u anke il-ftit xita li ghamlet f'xi hinijiet  ma' hallewx lil hafna delittanti ttellghu l-bandiera . Pero fil-Knisja Rotunda xorta saret il-Koncelebrazzjoni minn Mons. Lawrenz Sciberras flimkien ma' sacerdoti Xewkin. [ Ritratt u video: Frans Galea ]

hh1

 Waqt il-priedka minn Mons.
Lawrenz Sciberras

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 20, 2010 at 10:53 PM )
Read more...
Iz-zaghzagh Xewkin jahsbu ghall-Festa ta' din is-sena PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 19, 2010 at 04:58 PM

       Meta fadal ftit gimghat ghall-Festa ta' San Gwann Battista, il-hidma mill-Kumitat taz-zaghzagh Xewkin issa rrankat sewwa.  Infatti, ta' kull filghaxija numru kbir ta' guvintur u tfajliet jiltaqghu fil-Kazin tal-Banda Prekursur ghal sieghet twal jaghmlu diversi xoghol marbut mal-organizzazjoni tal-briju tal-Festa.  Ta' min jghid ukoll li diga' hareg id-disinn tal-gear il-gdid li mistenni jibda jinbiegh fi ftit tal-jiem ohra.  Il-gear ta' din is-sena ghandu disinn mill-isbah u mistenni li jinbiegh hafna. [video u ritratt: Frans Galea ]

zx2

 Id-disinn tal-gear il-gdid

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 20, 2010 at 10:54 AM )
Read more...
Mill-Awstralja PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Contributed by Jesmond Attard   
May 18, 2010 at 03:15 AM

Tislijiet mill-Awstralja,

Nixtieq nibda billi nwassal ahbar tajba ghall-ghaqda taghna St John The Baptist Association minhabba l-fatt li minn din is-sena l-istatwa ta' San Gwann Battista se tinzamm fill-knisja tal-parrocca taghna tal-Holy Eucharist f'St Albans.  Dan thabbar mill-Kappilan tal-istess parrocca.   L-istess ghaqda se torganizza ghall-ewwel darba l-festa tal-parrocca taghna; Korpus Christi.  Se jkun hemm it-tizjin kollu li jigi armat fil-festa taghna.  Malli jkolli xi rittrati nghaddihom lil dan is-sit elettroniku.

fa2[1]

 L-artar li jintrama ghal-Festa
ta' San Gwann fl-Awstralja

Grazzi,

Jesmond Attard.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 24, 2010 at 10:54 PM )
Xena Sorpriza fuq il-Knisja Rotunda tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
May 17, 2010 at 03:45 PM

      Kull minn nhar il-Hamis 13 ta' Mejju inzerta fil-Pjazza tax-Xewkija zgur li ha pjacir jara xena mhux tas-soltu. Norman Butigieg ilu minn tfulitu delittant li jimmanifattura tajr ta dan it-tip. Infatti ghadu sal-gurnata tal-llum johloq tajri b'disinji mil-isbah u ta' kobor kbir. Nhar il-Hamis ghas 7.00pm huwa kien qed ittajjar tajra kbira u b'sengha kbira irnexxielu ittelghahha sa wara is-salib tal-Koppla l-Kbira tar-Rotunda kif jixhed dan il-video clip.[ Ritratt u video : Frans Galea ]

tn1

 It-Tajra mahduma minn Norman Butigieg
fuq il-Koppli tar-Rotunda

Write Comment (1 comments)
Last Updated ( May 17, 2010 at 04:29 PM )
Read more...
Il-Banda Prekursur Tfakkar il-81 Sena mit-Twaqqif Taghha PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 15, 2010 at 04:06 PM

Il-Hamis 13 ta' Mejju 2010 fil-Kazin tal-Banda, precizament fis-sala Zakkarija Cilia, saret serata li tikkommomera 'Jum il-Banda Prekursur'.  Ezattament f'din il-gurnata 81 sena ilu twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna.  Il-program kien imzewwaq b'diversi rkejjen differenti, pero l-aktar li nnaghtaw prominenza kienu lill-aljievi li ghandha l-Banda jistudjaw l-istrumenti rispettivi taghhom.  Dawn l-istess studenti taw interpretazzjoni ferm tajba fejn hawn jirrifletti l-istudju u s-sagrificcji li jghamlu huma personali flimkien mall-ghalliema taghhom.

Barra minn dawn kien hemm ukoll xi diskorsi tal-okkazjoni fosthom il-President tal-Banda s-Sur Louis Vella, Omar Camilleri qara rapport dwar l-ewwel anniversarju tas-sit elettroniku tal-Banda, is-Surmast Direttur Mro. Anthony Borg u fl-ahhar is-Sindku tar-rahal Dr. Monica Vella .

 Incidentalment din is-sena tahbat il-125 sena mit-twelid tas-surmast fundatur tal-Banda Prekursur Mro. Andrea Borg jew kif inhu maghruf minn bosta Mro. Indri Borg.  Ghaldaqstant thejjiet ukoll Biografija fuq dan l-istess surmast li qraha is-Segritarju tal-Banda is-Sur Carmel Attard kif ukoll powerpoint.  Ta' min isemmi li l-attendenza tan-nies kienet wahda tajba ferm  .[ Informazzjoni : Joseph Vella . Ritratti u videos: Frans Galea ]

 

pa1

 Il-President tal-Banda s-Sur Louis Vella
jaghmel id-diskors ta' l-okkazzjoni

  

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 17, 2010 at 02:10 AM )
Read more...
<< Start < Previous 201 202 203 204 205 206 207 208 209 210 Next > End >>

Results 1810 - 1818 of 2623
Thursday, 2 nd May 2024
16:43 
A+ | A- | Reset