Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Jitfakkar Jum l-Omm PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 09, 2010 at 03:04 PM

     Illum gie mfakkar Jum l-omm.  Kienu bosta x-Xewkin li dalghodu zaru c-cimiterju tax-Xewkija fejn poggew bukketti ta' ward kif ukoll xeghlu xemgha fuq l-oqbra tal-gheziez ommijiet taghhom.  Sadattant, il-quddiesa tat-8.30am fil-Knisja Rotunda giet imxandra fuq Radju RTK .[Ritratti: Frans Galea ]

md1

 Mara tpoggi bukkett ward fuq
il-qabar ta' omma

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 10, 2010 at 10:40 AM )
Read more...
It-Tielet Hamis ta' San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 07, 2010 at 02:38 PM

        Il-bierah il-Hamis fil-Knisja Rotunda fil-5.30pm saret Koncelebrazzjoni Sollenni tat-Tielet Hamis ta' San Gwann. Ikkoncelebra Dun Mikiel Xuereb flimkien ma' sacerdoti ohra Xewkin. Dun Mikiel Xuereb ghamel ukoll il-priedka fuq il-Battista filwaqt li l-Kor Vox Clamantis annima il-Kant. [Ritratt u video: Frans Galea]

sgh1

 L-istatwa ta' San Gwann ta' Triq il-Hamrija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 07, 2010 at 02:58 PM )
Read more...
Ix-xoghol fuq l-ahhar ftit saljeturu tal-Knisja PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
May 04, 2010 at 03:31 PM

        Dawn l-ahhar jiem beda miexi sew ix-xoghol li qed jaghmlu diversi voluntiera fuq l-ahhar disa saljeturi li jinsabu fil-faccata tal-genb tar-Rotunda. Infatti hu mistenni li dan ix-xoghol ikun lesta sal-gimgha d-diehla biex imbaghad jibda jizzara l-armar kollu ta' l-iskafolding. Ta' minn jghid grazzi kbira lid-ditta "Blockrete" ta' Malta li silfet dan l-armar kollu. Grazzi ukoll lid-ditta "JCR" tax-Xewkija li kienet strumentali biex ingaghb dan l-armar kif ukoll grazzi lil voluntiera kollha li ghamlu x-xoghol.[ Ritratt: Felix Vella

arm1

 L-armar tal-genb tal-Knisja

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 04, 2010 at 03:32 PM )
L-Under 17 tax-Xewkija Tigers jitilfu fis-Semi Finali tan-KO PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 02, 2010 at 10:30 AM

         It-Tim ta' taht is-sbatax il-sena tax-Xewkija Tigers nhar il-Hamis 29 ta' April laghab il-loghba tas-semi finali tan-KO kontra Nadur Y. Ghalkemm taw wirja qalbenija t-Tigers hargu telliefa 2-0 kontra dan it-tim li ta' minn jghid li ghandu bosta players jilghabu mal-kbar. Fil-half time Nadur kienu 1-0 min fuq.[ Ritratt u video: John Spiteri

xtny1

 Azzjoni mil-loghba

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 02, 2010 at 11:18 AM )
Read more...
Avvizi Skola Primarja Xewkija -Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Mejju 2010 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
May 01, 2010 at 11:26 AM

Id f’Id Mejju 2010


It-Tnejn (3): Ezami tal-Junior Lyceum (Religjon). L-iskola normali tibda fil- 11.00a.m. Hadd ma jista jidhol fliskola qabel hlief dawk li se jaghmlu lezami.
Toqoghdux tistennew barra qrib il-bieb ta’ l-iskola jew tas-sala ghax ikun hemm it-tfal jaghmlu lezami u ttelfuhom.

Fis-1pm se jkun hawn il-Plant and Card Fair ghal Jum l-Omm. Prezzijiet irhas.

It-Tlieta (4): Ezami tal-Junior Lyceum (Malti). It-tieni jum tal Plant and Card Fair.

L-Erbgha (5): Ezami tal-Junior Lyceum (Ingliz). It-tielet u l-ahhar jum tal-Plant and Card Fair.

Il-Hamis (6): Ezami tal-Junior Lyceum (Matematika). Qrar.

Il-Gimgha (7): Quddiesa. P6 se jzuru xi muzewijiet ir-Rabat.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 01, 2010 at 11:29 AM )
Read more...
<< Start < Previous 201 202 203 204 205 206 207 208 209 210 Next > End >>

Results 1819 - 1827 of 2623
Thursday, 2 nd May 2024
21:41 
A+ | A- | Reset