Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Il-Pellegrinagg bl-Inkwadru tal-Madonna ta' Pinu jghaddi mill-Pjazza tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Apr 25, 2010 at 10:41 AM

        Nhar il-Gimgha 23 ta' April, sar Pellegrinagg bl-Inkwadru tal-Madonna ta' Pinu li kien Malta wara li l-Papa Benedittu XIV kien pogga warda tad-deheb fuqu nhar il-Hadd 18 ta, April fuq il-Fosos tal-Florjana. Il-pellegrinagg ghadda minn Ghajnsielem u wara ghadda x-Xewkija fejn folla kbira ta' nies kien ilha hafna tistenna l-wasla tieghu. Imbaghad l-Arcipriet tax-Xaghra Mons. Carmelo Refalo flimkien ma l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca poggew bukkett ward quddiem l-inkwadru fil-prezenza ta' L-Isqof t'Ghawdex Mons. Mario Grech u s-Sindku tax-Xewkija Dr. Monica Vella.  Wara li sar xi talb tkompla l-pellegrinagg li kien akkumpanjat minn bosta karozzi. [ Ritratt: Joseph Xuereb. Video: Frans Galea ]

pel1

 Il-wasla ta' l-inkwadru fix-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 25, 2010 at 10:43 AM )
Read more...
It-Tfal ta' l-Iskola Primarja tax-Xewkija joffru Bukkett Ward lil San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Apr 25, 2010 at 06:42 AM

        Nhar il-Hamis 22 ta' April it-tfal ta' l-iskola primarja tax-Xewkija poggew bukett ward quddiem l-istatwa ta' San Gwann Battista fl-okkazzjoni ta' l-ewwel Hamis ta' San Gwann li kien iddedikat lilhom. It-tfal kienu  immexxija mis-Surmast is-Sur Saviour Tabone. [Ritratti: Saviour Tabone]

sk1

 L-istudenti ta' l-iskola Primarja
tax-Xewkija quddiem l-istatwa
ta' San Gwann

Write Comment (0 comments)
Read more...
Jibdew il-Hamisijiet ta' qabel il-Festa ta' San Gwann fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Apr 23, 2010 at 09:30 PM

       Il-bierah il-Hamis 22 ta' April bdew il-Hamisijiet bi preparazzjoni ghal-Festa ta' San Gwann ta' din is-sena , li ser tigi ccelebrata fis-27 ta' Gunju. Fil-5.30pm fil-Knisja Rotunda saret Koncelebrazzjoni Sollenni mil-Kappilan Dun Edward Xuereb flimkien ma' sacerrdoti Xewkin. L-ewwel Hamis kien iddedikal lil iskola Primarja tax-Xewkija u fil-quddiesa taw semhom bosta tfal li jattendu din l-iskola flimkien mas-surmast s-Sur Saviour Tabone. Icconcelebra ukoll ic-Chaplain ta' l-iskola Dun Anton Refalo. Kanta waqt il-quddiesa l-Kor Vox Clamantis tax-Xewkija. [Ritratt u video ; Frans Galea]

ewh1

 Fr. Edward Xuereb fil-bidu
tal-Koncelebrazzjoni

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 23, 2010 at 09:34 PM )
Read more...
Xewkija Tigers U.14 jghaddu ghas-Semi Finali tan-KO PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Apr 23, 2010 at 05:05 AM

       Nhar is-Sibt 17 ta' April 2010 it-tim ta' taht l-erbatax il-sena tax-Xewkija Tigers rebah il-Kwarti Finali tan-KO  meta ghaleb lil Gharb Rangers 5-2 . Il-gols ghat-Tigers gew minn Gennaro Hili (2), Luke Portelli (2) u Omar Xuereb. Issa fis-semi finali ix-Xewkija Tigers jighabu kontra Nadur Youngters. [Ritratti u Video: John Spiteri]

n1

 Azzjoni mil-loghba kontra Gharb Rangers

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 23, 2010 at 05:08 AM )
Read more...
Ikla mil-Kumitat Zghazagh Xewkin fil-Kazin tal-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Apr 20, 2010 at 06:27 AM
        Nhar il-Gimgha 16 t'April il-Kumitat Zghazagh Brijuzi Xewkin organizza ikla b'risq il-Marc tal-Hadd filghodu. Din L-ikla saret gewwa l-Kazin tal-Banda Prekursur fejn ghal din l-ikla attendew numru sabih ta' zghazagh. [Infornazzoni : Joson Attard. Ritratti : Frankie Grima ]
iz1

 Waqt l-Ikla ta' nhar il-Gimgha

Write Comment (0 comments)
Read more...
<< Start < Previous 201 202 203 204 205 206 207 208 209 210 Next > End >>

Results 1828 - 1836 of 2623
Friday, 19 th April 2024
20:08 
A+ | A- | Reset