Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Zjara mil-Kumitat ta' Hiberians F. C. fil-Club tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Feb 22, 2010 at 12:42 PM

       Il-bierah il-Hadd membri tal-Kumitat tal-Hibs ta' Poala , Malta ghamlu zjara lil X.T. Sports Cafe fejn intlaqghu mil-President tax-Xewkija Tigers s-Sur Jeffrey Farrugia u membri ohra tal-Kumitat Xewki. Il-Kumitat tal-Hibs kien immexxi mil-President is-Sur tony Bezzina u kien hemm ukoll il-Kaxxier is-Sur Jesmond Abela flimkien ma menbri ohra tal-kumitat. Ghax-Xewkija Tigers kien hemm ukoll il-Kaxxier is-Sur Franco Azzopardi u membri ohra tal-kumitat. Id-delegazzjoni tal-Hibs giet imdawwra mal-Kumpless tat-Tigers u fl-ahhar saru ukoll prezentazzjonijiet . [ Ritratti : Frans Galea ]

 ht1

 Is-Sur Tony Bezzina jaghmel prezentazzjoni
lis-Sur Jeffrey Farrugia

Write Comment (0 comments)
Read more...
Jibdew jinhargu l-Vari tal-Gimgha l-Kbira PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Feb 20, 2010 at 07:42 PM

       Mal-bidu tar-Randan il-Knisja Rotunda bdiet tintrama bil-mod biex tilhaq il-qofol nhar il-Gimgha l-Kbira u mbaghad fl-Ghid il-Kbir. Infatti din il-gimgha inharget l-ewwel vara mis-sett ta' vari li jzejnu ir-Rotunda. Din hija l-vara ta' Gesu fl-Ort . Matul il-gimghat li gejjin ikkomplu jinhargu izjed vari. [Ritratti : Frans Galea ]

ran1

 Il-vara ta' Kristu fl-Ort

Write Comment (0 comments)
Read more...
Is-Sit tal Kumitat Zaghzagh Xewkin b'disinn gdid PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Claudio Vella   
Feb 18, 2010 at 08:29 PM

Id-disinn tas-sit tal Kumitat Zaghzagh Xewkin tbiddel ghal wiehed modern.  F'dan is-sit issa wiehed jista' jaccedi ghal nformazzjoni fuq l-istess kumitat, ix-xoghlijiet li ghamel il-kumitat kif ukoll wiehed jista' jisma online diski li l-kumitat kien hareg.  Wiehed jista' jsib ukoll video clips u attivitajiet ohra tal KZX.  Id disinjatur tas-sit Jason Attard pogga wkoll links ghal grupp li l-KZX ghandu fis-Social Network  - Facebook, kif ukoll ghal video clips tal You Tube. Xewkija.net jawgura iktar success u hidma lil dan il-Kumitat Xewki. Is-sit tal Kumitat Zaghzagh Xewkin huwa http://www.kzx1996.com

 

kzx

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 20, 2010 at 02:58 PM )
Jibda r-Randan PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Feb 17, 2010 at 07:08 PM

       Wara li ntemmu il-jiem tal-Karnival , il-Knisja Kattolika mill-ewwwel bdiet tahseb ghal-akbar festa taghha, L-Ghid il-Kbir. Pero qabel jasal l-Ghid il-knisja taghmel erbghin jum ta' talb u penitanza. Dan iz-zmien huwa zmien ir-Randan. Infatti llum beda dan iz-zmien u fil-Knisja Rotunda saret il-funzjoni ta' l-irmied waqt il-quddies kollu. Imbaghad il-Quddiesa tal-5.15pm kienet koncelebrazzjoni li fija anima il-Kor Vox Clamantis tax-Xewkija. [Ritratti : Frans Galea ]

rir1

 Il-Knisja Rotunda armata
ghal zmien ir-Randan

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 18, 2010 at 05:18 AM )
Read more...
Jissokta l-briju tal-Karnival fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Feb 16, 2010 at 10:57 PM

       Il-bierah it-Tnejn kompla l-briju tal-Karnival meta fi Triq San Bert u Pjazza San Gwann sar il-programm li kien thassar il-Hadd minhabba il-maltemp. Infatti fis-7.30pm saret l-isfilata tal-karrijiet immexxija mil-Banda Prekursur kif ukoll saret il-Kukkanja u l-Kumitiva. Folla sabiha ta' nies reget ingabret fil-pjazza biex tara dan il-programm li kien imtella mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija. [Ritratt u video clip : Charlon Buttigieg ]

kt1

 Waqt iz-zifna tal-Kumitiva

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 17, 2010 at 03:14 PM )
Read more...
<< Start < Previous 201 202 203 204 205 206 207 208 209 210 Next > End >>

Results 1882 - 1890 of 2623
Thursday, 2 nd May 2024
21:10 
A+ | A- | Reset