Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Titkompla n-Novena tal-Milied PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Dec 19, 2009 at 12:11 AM

      Il-bierah fil-Knisja Rotunda tkompliet in-Novena tal-Milied fejn fil-5.15pm kien hemm Koncelebrazzjoni mmexxija minn Dun Daniel Xerri flimkien mas-sacerdoti Xewkin. Dun Daniel Xerri ghamel ukoll il-priedka tan-Novena. [ Ritratti u video clip : Frans Galea ]

imf

 Waqt il-Koncelebrazzjoni tal-Quddiesa

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 19, 2009 at 08:14 AM )
Read more...
Ikliet tal-Milied PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
Dec 17, 2009 at 06:33 PM

Nhar il-Gimgha 18 ta' Dicembru 2009 ser ssir l-ikla annwali tal-Milied tal-Klubb tal-Futboll tax-Xewkija Tigers. L-ghada s-Sibt 19 ta' Dicembru 2009 se ssir l-ikla tal-Banda Prekursur tax-Xewkija. Ghal aktar taghrif zuru s-siti rispettivi taghhom.  Is-sit tax-Xewkija Tigers Football Club - http://xewkijatigersfc.com u tal-Banda Prekursur http://bandaprekursur.com. Nheggukom biex tattendu.

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 17, 2009 at 07:01 PM )
Storja - Bhall llum 27 sena ilu. PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Claudio Vella   
Dec 17, 2009 at 08:18 AM

 Bhall llum sebgha u ghoxrin sena ilu ezattament fis-17 ta' Dicembru 1982, l-iskola tax-Xewkija ghaddiet min grajja xejn sabiha. Il-palk ta' l-iskola w anke s-sala kienu garbu hruq estensiv b'accident. Kienu gew mssejha il-fire-engines u t-tfal intbghatu lura d-dar. Is-sala regghet bdiet tintuza ftit xhur wara.

 Informazzjoni simili w aktar informazzjoni ohra fuq l-istorja tax-Xewkija, tista' issiba fis-sezzjoni ta' l-Istorja ta' dan is-sit. Din is-sezzjoni hija migbura w aggornata min Joanna Falzon.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 07, 2015 at 05:12 PM )
Il-Bandiera l-Hadra mtella' fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Dec 15, 2009 at 03:00 AM

      Wara li ppartecipat fil-programm EkoSkola, li hu koordinat minn Nature Trust (Malta) l-iskola Primarja tax-Xewkija giet ippremjata bil-Green Flag biex b'hekk hi t-tieni skola f'Ghawdex li rebhet dan l-unur li s-sena l-ohra kien intrebah mill-iskola Primarja tax-Xaghra. EkoSkola huwa programm internazzjonali li hu mmexxi mill-Foundation for Environmental Education u jiffoka fuq it-tmexxija ambjentali. In-Nature Trust (Malta) introduciet dan il-programm f'Malta fis-sena skolastika 2002-2003 f'sitt skejjel f'Malta.  Prezentament hemm mitt skola jew 61% tal-iskejjel f'Malta u Ghawdex li qed jippartecipaw fil-programm EkoSkola. L-ghanijiet ta' dan il-programm huma dawk li joffru opportunità biex studenti zghar jibdew jadottaw rwoli partecipattiv fid-decizjonijiet ambjentali u jkunu attivi f'dan ir-rigward, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità.  Fi sfera internazzjonali dan il-programm gie adottat f'sebgha u erbghin pajjiz.  Din id-dimensjoni taghti timbru uniku u prestigjuz lil dawk l-iskejjel li jilhqu livell gholi f'dan il-qasam u jigu premjati bil-Green Flag.  Dan jghodd b'mod partikolari f'din is-sena li matulha saru diskussjonijiet intensivi fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent taghna u l-isfida globali tal-bdil fil-klima.

[ Informazzjoni : Saviour Tabone Video Clip : Mario Borg ]Write Comment (3 comments)
Last Updated ( Dec 16, 2009 at 08:35 PM )
Read more...
Ikla ghal-Atturi tad-Dramm Ingassa 2 u l-familjari taghhom PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Dec 13, 2009 at 06:18 PM

       Nhar il-Gimgha11 ta' Dicembru fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija saret ikla ghal dawk kollha li ghenu biex jittella d-dramm Kolassali " Ingassa 2". Numru sabieh kienu prezenti fosthom anke l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca li anke ghamel kellmtejn ta' l-okkazzjoni fejn fahhar hafna l-impenn ta' din l-Ghaqda li qed ittellaxoghlijiet ta' livell gholi fit-Teatru Govanni. [ Ritratti u Video Clip : Frans Galea ]

lkghdx1

 Waqt l-Ikla ghal-Atturi

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 14, 2009 at 10:51 AM )
Read more...
<< Start < Previous 211 212 213 214 215 216 217 218 219 220 Next > End >>

Results 1936 - 1944 of 2623
Friday, 29 th March 2024
00:53 
A+ | A- | Reset