Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Xewkija Tigers fil-Kwarti Finali tat-Tazza GFA PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Contributed by Joseph Grima   
Nov 30, 2009 at 04:43 PM

    Nhar il-Hamis 26 ta' Novembru, fil-grawnd ta' Sannat, Xewkija Tigers ghelbu lit-tim tat-Tieni Divizjoni Munxar Falcons bl-iskor ta' 5-0 biex b'hekk ghadda ghall-Kwarti Finali tat-Tazza GFA.  It-Tigers issa jaffrontaw lil Kercem Ajax li fil-loghba taghhom eliminaw lil Nadur Youngsters Il-gowls ta' Xewkija Tigers waslu minn Rodney Buttigieg li skorja 2, Joseph Hili, Christian Bugeja u Basil Chibueze u t-Tigers bdew din il-loghba bi 11 -il plejer mix-Xewkija.  Il-formazzjoni inizjali ta' Xewkija kienet is-segwenti: J.Grima; M.Xerri, J.Vella, J.Xerri, J.Cefai; J.Azzopardi, C.Bugeja, J.Azzopardi, P.Rapa; J.Hili, R.Buttigieg. [ Informazzjoni: John Spiteri ]

rb1

 Rodney Butigieg ( Skorja 2 gols )

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 30, 2009 at 10:20 PM )
Rebbieh ta' Gieh ix-Xewkija 2009 - Is-Sur Frans Galea PDF Print E-mail
User Rating: / 6
Written by Claudio Vella   
Nov 30, 2009 at 03:00 AM
xwk%20IMG_5531

 Is-Sur Frans Galea waqt id-diskors
ta' l-okkazjoni.


      Qed inwasslulkom iktar ritratti ta' l-okkazjoni tas-serata kommemorattiva ta' Jum ix-Xewkija grazzi ghal Joseph Xuereb. Nawguraw lil Frans Galea ghal dan l-unur li kiseb, u nawgurawlu aktar snin ta' hidma, kemm fuq dan is-sit, kif ukoll fuq is-sit ta' Radju Prekursur u mhux l-inqas l-hidma tieghu fuq ir-radju tax-Xewkija - Radju Prekursur. AWGURI.
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 30, 2009 at 10:09 PM )
Read more...
Serata kommemorattiva fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija 2009 PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Claudio Vella   
Nov 29, 2009 at 12:59 PM

Fl-okkazjoni ta' Jum ix- Xewkija 2009, ilbierah il-Kunsill Lokali tax-Xewkija organizza serata fl-Iskola Primarja tax-Xewkija. Il-programm kien jikkonsisti fih programm muzikali mill-Banda Prekursur, kant mill-kantanti Xewkin, qari ta' komponimenti mit-tfal tar-rahal taghna, tqassim ta' kotba lill-istudenti, ghotja ta' flus lill-Iskola Primarja tax-Xewkija u thabbira tar-rebbieh "Gieh ix-Xewkija 2009". Din is-sena l-unur ta' "Gieh ix-Xewkija" inghata lis-Sur Frans Galea, Direttur ta' Radju Prekursur.
    Din is-sena wkoll kienu mistiedna kantanti Xewkija li nterpretaw diversi kanzunetti.  Dawn kienu c-ckejkna Sarah Bonnici u l-kantanta promettenti mix-Xewkija Alessia.  Ta' min jghid ukoll li zewg siltiet milli nterpretat il-Banda Prekursur kienu taht id-direzzjoni ta' l-Assistent Surmast Mark Gauci.  Il-kantanta mix-Xewkija Marthese Borg akkumpanjat lill-Banda Prekursur waqt wahda mis-siltiet li daqqet.
    Is-Sindku Dr. Monica Vella qassmet ir-rigali kif ukoll fl-ahhar tal-programm ghamlet diskors ta' l-okkazjoni. Fost il-mistiedna distinti kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said u l membru parlamentai Dr. Justine Caruana. [ Ritratti: Joseph Xuereb u Sharlon Butigieg. Video clip : Shalon Butigieg u Stefan Bugeja ]

jix 091

 Is-Sindku Dr. Monica Vella
taghmel d-diskors ta' l-okkazzjoni

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 29, 2009 at 10:30 PM )
Read more...
Tberik u ftuh ta' Wirja ta' Talent Xewki PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 28, 2009 at 02:26 PM

       Il-bierah wara li ntemmet il-Quddiesa fil-Knisja Rotunda is-Sindku Dr. Monica Vella fethet wirja ta' talent Xewki fil-sala tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija. Din il-wirja giet imbierka mill-Arc. Mons Carmelo Mercieca. [Video Clip : Frans Galea ]

 

Write Comment (0 comments)
Quddiesa ta ringrazjament fl-okkazjoni ta' Jum ix- Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Nov 28, 2009 at 02:02 PM

      Il-bierah il- Gimgha 27 ta' Novembru il-Kunsill Lokali tax-Xewkija fakkar dan l-avveniment b'Quddiesa fil-knisja Rotunda ta' l-istess parrocca.  Ikkoncelebra l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca flimkien mal-kleru Xewki.  Prezenti kien hemm ukoll is-Sindku Dr. Monica Vella, il- kunsillier is-Sur Teddy Mizzi u s-segretarju tal-Kunsill Ruben Cassar. [Video clip : Frans Galea ]

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 28, 2009 at 04:12 PM )
<< Start < Previous 211 212 213 214 215 216 217 218 219 220 Next > End >>

Results 1954 - 1962 of 2623
Friday, 26 th April 2024
19:45 
A+ | A- | Reset