Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Jibdew il-Kwaranturi fil-Parrocca tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 13, 2009 at 05:40 PM

Illum bdew il-Kwaranturi Mqaddsa fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija.  Il-Kwaranturi fethu fil-5 ta' wara nofsinhar bil-Vespri ntegrati mal-Quddiesa u wara bdiet l-Adorazzjoni tas-Sagrament.  Il-Kwaranturi jilhqu l-qofol taghhom nhar il-Hadd b'koncelebrazzjoni filghodu mill-Isqof Mons. Mario Grech u flaghxija mill-Isqof Mons. Nikol Cauchi.  Wara jkun hemm il-purcissjoni bis-SS Sagrament. [ Ritratt: Frans Galea ]

 

kw1

 L-Artar tas-Sagrament armat ghal-Festa
tal-Kwaranturi

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 14, 2009 at 11:11 PM )
BBQ minn Nursery tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Nov 13, 2009 at 01:11 PM

      Nhar il-Gimgha 6 ta' Novembru, il-kumitat ta' Xewkija Tigers Youth Nursery organizza BBQ ghat-tfal tal-kategorija ta' taht -id 9 snin li jithargu man-Nursery taghna. Dan il-BBQ sar grazzi ghall-kumpanija V. Sare & Sons Ltd. li sponsorjat din l-attivita'. [ Informazzjoni u Ritratti: Joseph Dingli ]

bbqu9

 Tfal tan-Nursery jieklu flimkien

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 13, 2009 at 01:18 PM )
L-Ahhar Provi tad-Dramm " Ingassa 2 Realta' Imtappna" PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Nov 11, 2009 at 04:12 PM

       Matul din il-gimgha l-Ghaqda Drammatika Xewkija ghaddejja bl-ahhar provi u preparamenti ghad-dramm kbir "L-Ingassa 2 Ir-Realta Imtappna" li ser jitella' fit-Teatru Govanni nhar il-Hadd 15 ta' Novembru u s-Sibt 21 ta' Novenbru 2009.  Hu mistenni li wara s-success kbir miksub bid-Dramm L-Ingassa s-sena l-ohra, numru kbir ta' nies ser jimlew it-Teatru Govanni biex jaraw kif ser tkompli l-istorja ta' dan id-dramm. [ Video clip: Frans Galea ]

 in1

 Il-Poster tad-Dramm

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 12, 2009 at 08:24 PM )
Read more...
Rebha ohra ghax-Xewkija Tigers ta' taht l-14-il sena PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Nov 10, 2009 at 09:28 PM

      Nhar il-Hadd 8 ta' Novembru, it-tim ta' taht l-14-il sena tax-Xewkija Tigers kiseb rebha kbira kontra Victoria Hotspurs f'loghba mill-Kampjonat ta' l-istess kategorija. It-Tigers rebhu 7-1 u l-gowls gew minn Gennaro Hili (4 gowls), Luke Portelli (2 gowls) u Omar Xuereb (gowl). [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri ]

u14vsvh1

 Azzjoni mil-loghba U.14 kontra vs Victoria H.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 12, 2009 at 08:20 PM )
L-Iskola Primarja tax-Xewkija Tirbah il-Green Flag PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 09, 2009 at 10:36 PM

      L-iskola Primarja tax-Xewkija dan l-ahhar irnexxiela tirbah il-Green Flag fil-Programm Ecoskola. Dan l-unur gie niksur fi zmien qasir u issa l-iskola tax-Xewkija saret it-tieni skola Ghawdxija li kisbitu wara l-iskola tax-Xaghra. Il-prezentazzjoni saret mil-Ministru ghal-Ghawdex l-Onor. Govanna Debono lill kap ta' l-iskola is-Sur Saviour Tabone. Prezenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlementari  l-Onor Chris Said, il-membru Parlamentari l-Onor. Justyne Caruana u is-Sindku tax-Xewkija  Dr. Monica Vella.

ekoskola4

 Il-Ministru Govanna Debono tipprezenta
ic-certifikat lil Kap ta' l-Iskola tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 09, 2009 at 10:38 PM )
<< Start < Previous 211 212 213 214 215 216 217 218 219 220 Next > End >>

Results 1972 - 1980 of 2623
Sunday, 28 th April 2024
12:48 
A+ | A- | Reset