Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Isir ir-restawr ta' zewg angli ta' l-ark PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
May 05, 2009 at 10:24 PM

       L-iskultur James Azzopardi ghadu kif lesta r-restawr ta' zewg angli li jintramaw fuq l-ark tal-pjazza tax-Xewkija.  Ix-xoghol li sar fuq dawn l-angli kien wiehed kbir u fost l-ohrajn huma nghataw il-kulur originali li kellhom kif ukoll issewwew hafna hsarat fihom.  Dawn ingabu x-Xewkija fl-ahhar jiem biex issa mistenni li x-xoghol fuq it-tnejn l-ohra jibda wara l-festa ta' San Gwann il-Battista. [ Ritratti: Frans Galea ]

ang1

 Dettal ta' wiehed mill-Angli

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 06, 2009 at 04:05 PM )
Read more...
Kolegament Storiku minn Radju Prekursur ma' Radju gewwa Sydney l-Awstralja PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 04, 2009 at 01:29 PM

   Il-bierah il-Hadd kien jum storiku ghar Radju Prekursur tax-Xewkija, Ghall-habta ta' 9.40am Radju Prekursur inghaqad ma' SWRFM Radio gewwa Blacktown NSW waqt il-programm " Il-Hadd mal-Maltin " prezentat minn Micheal Mallia, Tony Vella u Paul Formosa. Fl-istudju ta' Radju Prekursur kien hemm Frans Galea mghejjun mit-teknici Joseph Xuereb u Sharlon Butigieg. Nistghu nghidu li dan il-programm kien segwit hafna kemm minn Ghawdex u anke fl-Awstralja u kienu hafna li fahhru din l-inizjattiva li mistennija li terga issir fiz-zmien li gej. [ Ritratti: Sharlon Butigieg ]

 ksa1

 Joseph Xuereb u Frans Galea waqt
il-kolegament ma' Sydney

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 04, 2009 at 06:49 PM )
Read more...
Il-Festa ta' San Guzepp Haddiem fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
May 02, 2009 at 09:59 PM

      Il-bierah giet iccelebrata l-festa ta' San Guzepp Haddiem . Fix-Xewkija fil-5.30pm saret Koncelebrazzjoni Sollenni bil-priedka fil-Knisja Rotunda w wara harget il-purcissjoni bl-istatwa ta' San Guzepp. [ Ritratti: Frans Galea ]

fsg1

 L-Istatwa ta' San Guzepp li tinsab
fil-Knisja Rotunda

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 06, 2009 at 05:44 AM )
Read more...
Xewkija Tigers Champions PDF Print E-mail
User Rating: / 7
Written by Frans Galea   
May 01, 2009 at 06:38 PM

        Ftit tal-hin ilu spiccat id-decider tat-tieni divizzjoni Ghawdxija bejn Xewkija Tigers u Xaghra United. It-Tigers rebhu din il-finali bl-iskor ta' 3-2 fl-loghba mill-aktar bilancjata. Wara li kienu x-Xewkija li fethu l-iskor permezz ta' Rodney Buttigieg fid-19 il-minuta Xaghra wettqu rimonta w skurjaw zewg goals fi ftit minuti biex imbaghad komplew jattakaw biss id-diviza tax Xewkija. Mghejjuna minn saves tal-gowler Joseph Grima  zammew lix-Xaghra milli jzidu xi goal iehor. Imbaghad fil-tieni taqsima t-Tigers hargu jattakaw biex gabu d-draw fi ftit minuti permezz ta' Cristian Bugeja w komplew jiddominaw.  Disa minuti mit-tmiem kien Andreas Fatso li kiseb il-goal tar-rebha biex b'hekk Xewkija Tigers spiccaw Champions tat-Tieni Divizzjoni . Il-goals l-ohra tat-Tigers gew minn Rodney Butigieg u Cristian Bugeja li spicca ukoll top-scorer tat-tieni Divizzjoni. [ Ritratti: Frans Galea, Jason Attard u John Spiteri]

DSCF2793

 Il-formazzjoni ta' Xewkija Tigers
kontra Xaghra Utd.

 

 DSC_0013_small

 Xewkija Tigers Champions tat-Tieni
Divizjoni Ghawdxija

 

 xt0809
 

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 09, 2009 at 02:57 PM )
Read more...
It-Tielet Hamis ta' San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 01, 2009 at 01:22 PM

     Il-bierah il-Hamis fil-Knisja Rotunda saret koncelebrazzjoni sollenni fl-okkazzjoni tal-Hamisijiet ta'qabel il-festa ta' San Gwann. Ikkoncelebra Dun Govanni Curmi flimkien ma' Dun Gwann Mizzi. Il-priedka saret minn Dun Govanni Curmi. [ Ritratti: Frans Galea ]

 3ham1

 L-Istatwa ta' San Gwann Battista
fin-Nicca Taghha

Write Comment (0 comments)
Read more...
<< Start < Previous 231 232 233 234 235 236 237 238 239 240 Next > End >>

Results 2152 - 2160 of 2623
Wednesday, 24 th April 2024
18:41 
A+ | A- | Reset