Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



It-Tim ta' taht l-14-il sena tax-Xewkija Tigers jghaddu ghas semi finali PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
Apr 14, 2009 at 10:17 PM

    It-tim ta' taht l-14-il sena tax-Xewkija Tigers nhar it-Tnejn 13 t'April gheleb lil St Lawrence Spurs 4-3 biex hekk ghadda ghas-semi finali tan-K/O.  Fi lmiem l-ewwel taqsima t-Tigers kienu qed jirbhu 4-0 u skurjaw Omar Xuereb (2 gowls), Gennaro Hili u Joel Borg.  Ta' min jghid ukoll li nhar it-Tlieta 7 t'April it-tim tal-kbar rebah lill St Lawrence Spurs 2-0 b'gowls ta' Christian Bugeja (pen.) u Joseph Azzopardi. [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri]

armaxewkijatigers[1]

 L-Arma tax-Xewkija Tigers

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 16, 2009 at 06:43 PM )
Read more...
Ikla ghal dawk li hadu sehem fid-Dramm " Irbahtli " PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Apr 13, 2009 at 04:19 PM

       Dan l-ahhar l-atturi kif ukoll dawl li ghenu biex seta jittella d-Dramm Kolossali " Irbahtli " iltaqghu go resturant biex flimkien kielu xi haga u bdew il-preparamenti ghall-attivita li jmiss mill-Ghaqda Dramatika Xewkija. Ta minn jghid li kienu bosta dawk li xtaqu li dan id-dramm jerga jittella pero peress li kellhom jibdew il-preparamenti ghad dramm li jmiss u billi kienu gejjin il-festi tad-Duluri w l-Gimgha mqaddsa dan ma kienx possibli. [ Ritratti: Luke Galea ]

iki1

 Waqt il-laqgha ghal-atturi

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 14, 2009 at 10:19 PM )
Read more...
Knisja Mimlija ghal-Funzjoni ta' Sibt il-Ghid PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Apr 12, 2009 at 08:51 PM

       Il-Knisja Rotunda tax-Xewkija il-bierah kienet imballata bin nies li attendew ghal-funzjoni tal-Vgili ta' l-Ghid. Il-funzjoni tmexxiet mil Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca u fija intuzaw zewgt screems kbar imhaddma bil Power Point. Imbaghad ghad-Daqq tal-Glorja gie mixghul id-dawl kollu kif ukoll inkixef l-Irxoxt li kien qieghed mghotti b'lizar wara l-artar. Ta' minn jghid ukoll li waqt il-funzjoni gie amministrat is-Sagrement tal-Maghmudija . [ Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb ]

 vgg1

 LL-Irxoxt wara l-Artar Maggur

 Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 17, 2009 at 12:14 AM )
Read more...
Tohrog l-istatwa ta' Kristu Rxoxt ghall-ewwel darba fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 6
Written by Claudio Vella   
Apr 12, 2009 at 04:12 PM

 

DSCN0197

 

Wara l-Koncelebrazzjoni immexxija mill-Mons Isqof Emeritus l-E.T Nikol G. Cauchi, u minkejja t-temp ikrah u rieh qawwi li hakem il-gzejjer Maltin illum, l-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt harget ghall-ewwel darba mill-knisja Rotunda.  Folla sabiha ta' nies laqghet l-istatwa fuq iz-zuntier tal-pjazza.  L-istatwa kienet merfugha miz-zaghzagh Xewkin u hadet sehem ukoll il-Banda Prekursur taht it-tmexxija tas-Surmast Anthony Borg.  Ta' min jghid ukoll li ndaqq ghall-ewwel darba l-innu ta' Kristu Rxoxt, kliem ta' l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi u muzika ta' Mro. Ronnie Pisani.  Dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt daret fill-pjazza biss minhabba t-temp ikrah.  L-istatwa ta' Kristu Rxoxt hija xoghol ta' Alfred Camilleri Cauchi, u ngabet ix-Xewkija lejliet il-festa ta' San Gwann il-Battista li ghaddiet.

ikklikkja 'Read more' ghal iktar ritratti.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 07, 2015 at 05:13 PM )
Read more...
L-ahhar preparamenti qabel il-Vgili ta' l-Ghid PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Apr 11, 2009 at 06:32 PM

       Minn hawn u ftit sighat ohra fil-Knisja Rotunda tibda l-Funzjoni tal-Vgili ta' l-Ghid.  Matul il-jum kien hemm attivita' shiha fir-Rotunda fejn bosta kienu jaghtu daqqa t' id ghal din l-ahbar festa tal-Knisja.  Il-knisja zzejnet b'hafna ward kif ukoll gie ppreparat l-Irxoxt li se jizzanzan ghall-ewwel darba din is-sena.  Ta' min jghid ukoll li llejla se ssir il-Maghmudija.

       Fid-9:15 ta' filghodu ssir Koncelebrazzjoni mill-E.T. Mons. Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi u wara ghall-habta ta' l-ghaxra u kwart issir il-purcissjoni bl-istatwa ta' Kristu rxoxt fejn takkumpanja l-Banda Prekursur.  Il-purcissjoni mistennija tghaddi minn Triq San Zakkarija, Triq Helsien, Triq il-Knisja u l-Pjazza.

[ Ritratti: Donald Camilleri ]

prx1

 L-Istatwa ta' l-Irxoxt tittiehed
ghal gol-Knisja

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 12, 2009 at 11:21 AM )
Read more...
<< Start < Previous 241 242 243 244 245 246 247 248 249 250 Next > End >>

Results 2170 - 2178 of 2623
Monday, 29 th April 2024
08:34 
A+ | A- | Reset