Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Ghada tigi ccelebrata l-Festa Ghaziza tad-Duluri PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Apr 02, 2009 at 06:04 PM

       Ghada l-Gimgha l-Knisja Kattolika ticcelebra l-Festa tad-Duluri. Fir-rahal taghna tax-Xewkija hawn devozzjoni kbira lejn id-Duluri. Infatti l-purcissjoni devota tad-Duluri ilha ssir bosta snin,  pero ghal-dawn l-ahhar tletin sena w aktar, il-purcissjoni hadet forma ta' peagent fejn nistghu nghidu li l-poplu kollu jkollu xi sehem f'din il-purcissjoni devota. Il-lejla l-group tal-Kitarri ser jaghmel Velja ta' talb ta' lejliet id-Duluri w ghalija mistennija jattendu bosta Xewkin , kemm zghazagh kif ukoll adulti. Il-Quddiesa Solenni tibda fis-6:15pm u l-purcissjoni tibda hierga fis-7:30pm.[ Ritratti: Frans Galea ]

 apr004

 Salib Kbir li jintrama fuq
l-Artar Maggur tar-Rotunda

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 03, 2009 at 11:17 PM )
Read more...
Preparamenti Kbar ghal-Festa tad-Duluri fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Apr 01, 2009 at 03:44 PM
      F'dawn l-ahhar jiem kienu ghaddejjin preparamenti kbar minn bosta Xewkin ghall-festa tad-Duluri ta' din is-sena. Hafna zghazagh kienu jiltaqghu kuljum biex jippruvaw l-ilbies u anke ikunu mgharrfa fejn ser jiehdu sehem fil-Purcissjoni Peagent li kull sena issir fix-Xewkija. Anke l-Banda Prekursur taht id-direzzjoni tas-Surmast Tony Borg ghamlet diversi kuncerti ta' marci funebri. Bosta Ghawdxin kif ukoll Maltin kull sena jattendu ghal din il-Purcissjoni li issa ilha issir forma ta' peagent ghal 'il fuq minn tletin sena fix-Xewkija. [ Ritratti: Frans Galea ]
apr001

 Dettal ta' l-Istatwa tad-Duluri meqjuma
fir-Rotunda tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 01, 2009 at 10:10 PM )
Read more...
Plakka ghal-faccati tad- djar PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Mar 31, 2009 at 10:24 PM

      L-artist zaghzugh Xewki Hubert Saliba ghadu kif hadem diversi plakki ta' San Gwann jghammed lil Kristu kulur il bronz u li jistghu jitwahhlu mal-faccati tad-djar. Parti mill-qliegh ta' dawn il-plakki ser tmur ghall-ispejjes ta' l-istained glass tal-Knisja tax-Xewkija. Kull min hu interessat jista jkellem lil Hubert fuq il-mobile 99829767 . [Ritratt: Hubert Saliba ]

psg1 

 Il-Plakka li hadem l-artist Hubert Saliba

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 19, 2009 at 08:45 PM )
Id-Dramm IRBAHTLI! PDF Print E-mail
User Rating: / 7
Written by Claudio Vella   
Mar 31, 2009 at 03:40 AM

P2060144

 

Nhar is-Sibt 28 ta' Marzu saret l-ahhar interpretazzjoni tad-dramm "Irbahtli!".  Dramm ibbazat fuq storja ta' Rev. Fr Joseph Tabone. Id-dramm kien mtella' mill-Ghaqda Drammatika Xewkija fit-teatru tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija, it-Teatru Govanni.  Dramm li nizel tajjeb ma' dawk kollha li rawh.  "Irbahtli" qajjem interess qawwi fix-Xewkija, minkejja li giet interpretata darbtejn biss, u dan ghal hafna fatturi. Id-dramm kien ibbilancjat tajjeb bejn partijiet umoristici u ohrajn serji.  L-interpretazzjoni, halliet lil hafna b'xi demgha, kien hemm partijiet ohra jaqsmuk bid-dahk u ohrajn jahsduk.  Kienet storja realistika li thallik tahseb dwarha anke wara d-dramm.  L-interpretazzjoni eccellenti ta' l-atturi,  ix-xenarju sabih u muzika adattata kienu kollha fatturi li ghamlu dan id-dramm success.

Minn dan is-sit, ahna nawguraw lil dawk kollha li b'xi mod taw sehemhom f'dan id-dramm ta' livell daqshekk gholi, u nawguraw iktar xoghol ta' success simili . L-Ghaqda Drammatika Xewkija hasbet ukoll biex tohrog dan id-dramm fuq DVD.  Kull min jixtieq kopja jew jixtieq aktar informazzjoni jista' jzur is-sit ta' l-Ghaqda fuq http://www.teatrugovanni.org/ [ Ritratti: Claudio Vella ]

 

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 01, 2009 at 10:05 PM )
Read more...
Avvizi - April 2009 - Skola Primarja Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
Mar 30, 2009 at 01:00 AM

 

Id  f ‘ Id

April, 2009

 

L-Erbgha,

01.04.09

1.45pm    Il-Kumitat ta’ l-Eko-Skola jiltaqa mal-Koordinatur.

Il-Hamis,

02.04.09

Jintlaqghu l-ahhar ordnijiet ghar-ritratti/Dvd  (Celebration Day).

Figolli,Qaghaq ta’ l-Appostli.

Qrar  P4, P5, P6.

Il-Gimgha

03.04.09

08.00 a.m   Laqgha ta’ l-Eko-Skola.

01.30 p.m   Quddiesa u kommemorazzjoni tad-Duluri

 

Is-Sibt,

04.04.09

Ir-Raba’ laqgha ma’ Trevor Zahra dwar il-kitba kreattiva.

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Apr 01, 2009 at 10:24 PM )
Read more...
<< Start < Previous 241 242 243 244 245 246 247 248 249 250 Next > End >>

Results 2188 - 2196 of 2623
Thursday, 25 th April 2024
08:07 
A+ | A- | Reset