Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Kantanta zghazugha mix-Xewkija tirrekordja l-ewwel diska taghha PDF Print E-mail
User Rating: / 4
Written by Frans Galea   
Mar 24, 2009 at 06:43 PM

       Il-kantanta zghazuha Alessia Camilleri nhar is-Sibt 21 ta' Marzu lloncjat l-ewwel  diska taghha waqt konferenza stanpa li saret fil KU Club ir-Rabat Ghawdex. Ghall-din il-konferenza kienu mistiedna diversi Djs minn stazzjonijiet kemm tar-radju kif ukoll tat-televizzjoni minn Malta u Ghawdex. F' din il-konferenzza stampa tkellmet il-maniger ta' Alessia, Carmen Muscat flimkien mal-kompozitur Elton Zarb u l-awtur Clinton Paul. Id-diska " Spotlight " giet interpretata ghall-ewwel darba is-Sibt stess fil-ghaxija fil-KU Club minn Alessia. Alessia, li ghad ghanda biss sittax il-sena u toqghod ix-Xewkija hadet sehem f'hafna wirjiet u fetivals fosthom il-"Beer Festival" li organizza l-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Barra minn hekk Radju Prekursur ilu jdoqq  diski  taghha. Ghall-aktar informazzjoni wiehed jista jzur il-web-site www.alessiavibe.com  .[Ritratti: Frans Galae u l-magniment tim ta' Alessia ]

al1

 Alessia flimkien mal-genituri u t-tim taghha

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 25, 2009 at 07:17 AM )
Read more...
Xewkija Tigers U17 jirbhu kontra St Lawrence Spurs PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Mar 23, 2009 at 11:41 PM

       Nhar il-Hadd 22 ta' Marzu, it-tim ta' taht is-sbatax-il sena tax-Xewkija Tigers kiseb rebha kontra St Lawrence Spurs bl-iskor ta' 2-0.  Sa tmiem l-ewwel taqsima, it-Tigers kienu 1-0 minn fuq bil-gowls jaslu minn Jason Pace u Carlton Mifsud. [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri ]

Xewkija Tigers U17

 Xewkija Tigers U17 2008/09

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 26, 2009 at 09:11 PM )
Ahbarijiet mill Awstralja PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Contributed by Jesmond Attard   
Mar 22, 2009 at 09:41 AM

Gheziez Hbieb Xewkin,

                                       Jien Jesmond Attard li ser nwasslilkom dawn l-ahbarijiet mill-Awstralja. Illum il-Hadd 22 ta' Marzu sar il-BBQ tal-membri li jsir kull sena fi Brimbank Park.  Dan jigi organizzat minn St John The Baptist Ass. ghall-membri biex nirringrazzjawhom ta' l-ghajnuna li jaghtuna matul is-sena kollha.  L-ewwel haga hija sabiha hafna li rajna lilll-President taghna s-sur Sam Tabone fostna wara li kien ma jiflahx, u sewwa wkoll li tara hafna nies membri li jiehdu gost u jghidu xi kelma.  F'dan il-BBQ tigi mgedda t-tessera tal-membri u jkun hemm xi loghob bhalma huma l-bocci, tombla u lotterija bi premijiet sbieh.  Din kienet okkazjoni wkoll biex isiru l-preparamenti ghall-festa ta San Gwann Battista li tinvolvi hafna xoghol.  Issa jekk Alla jrid, isir meeting tal-Kumitat biex nohorgu l-ktieb ta' kull sena u l-programm ghall-festa.                                        

            Jiena min naha tieghi ma ghandi xejn iktar xi nghidilkom hlief li nselli ghal kulhadd.

Dejjem taghkom,

                            Jesmond Attard.

 aus1

 Sam Tabone flimkien ma' membri
tal-kumitat waqt il-BBQ

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 23, 2009 at 08:51 PM )
Read more...
Il-Festa ta' Kristu Redentur fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 21, 2009 at 10:09 PM

       Il-bierah il-Gimgha fix-Xewkija saret il-festa tar-Redentur. Ta' minn jghid li fix-Xewkija insibu statwa mill-isbah xoghol ta' l-istatwarju Ghawdxi Micheal Camilleri Cauchi. Din l-istatwa inhaddmet ftit tas-snin ilu u hadet post ohra antika li kien hadem missier Micheal, Wistin Camilleri. [Ritratti: Joseph Xuereb u Frans Galea ]

fkr1

 Waqt il-quddiesa tal-Festa
tar-Redentur

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 21, 2009 at 10:14 PM )
Read more...
Ix-Xoghol fuq it-Tieni Logg kwazi lest PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 20, 2009 at 04:56 PM

       L-artist il-Kav. Paul Camilleri Cauchi dawn l-ahhar gimghat kien ghaddej fuq il-pittura ta' l-abbozz tat-tieni logg tal-gnub tar-Rotunda li mistennija li jkunu lesti ghal-festa ta' San Gwann ta' din is-sena. Dan il-logg ser ikun juri lill San Gwann flimkien ma' Kristu. Fil-gnub hemm iz-zewgt profeti Elija u Isaija li habbru il-migja kemm ta' Kristu kif ukoll tal-Prekursur. [ Ritratti: Paul Camilleri Cauchi ]

loggb1

 Il-parti tan-nofs tal-logg

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 20, 2009 at 04:58 PM )
Read more...
<< Start < Previous 241 242 243 244 245 246 247 248 249 250 Next > End >>

Results 2197 - 2205 of 2623
Monday, 29 th April 2024
08:20 
A+ | A- | Reset