Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Jissoktaw il-jiem tal-Karnival PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Feb 20, 2009 at 06:14 PM

        F'dawn il-jiem qeghdin jigu ccelebrati l-jiem tal-Karnival.  Anke fix-Xewkija f'dawn il-jiem tal-bluha qed jigu ccelebrati diversi attivitajiet mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija.  Infatti, illejla ser issir il-kompetizzjoni tal-kostumi tal-Karnival fis-Sala tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija. Imbaghad l-attivitajiet ikomplu ghada s-Sibt u l-Hadd fil-pjazza tar-rahal ukoll. [ Ritratt: Saviour Tabone ]

poskar09

Il-Poster tal-Karnival fix-Xewkija 2009 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 20, 2009 at 09:10 PM )
Read more...
Rebha ohra ghal Xewkija Tigers fil-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Feb 19, 2009 at 10:07 PM

       Nhar it-Tlieta 17 ta' Frar, Xewkija Tigers laghbu partita ohra mill-Kampjonat Melita tat-Tieni Divizjoni Ghawdxija.  It-Tigers kisbu rebha facli kontra Zebbug Rovers bl-iskor kbir ta' 4-0.  Sa tmiem l-ewwel taqsima  Xewkija kienu diga' serrhu rashom mil-tliet punti ghax-kienu jgawdu vantagg komdu ta' 3-0.  Il-gowls ghat-Tigers gew minn Cristian Bugeja (3 gowls) u Andreas Fatso (gowl).  Ta' min jghid ukoll li f'din il-loghba ghamel id-debutt ghal Xewkija iz-zaghzugh Charlon Mercieca li gab ukoll penalty li rrizulta fl-ahhar gowl tal-loghba.[Informazzjoni u Ritratti : John Spiteri]

 crbua fatso  Chmer
 C. Bugeja

 A. Fatso

 Ch Mercieca
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 20, 2009 at 09:08 PM )
Read more...
Sehem mill-Iskola Primarja tax-Xewkija fil-Karnival PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Feb 18, 2009 at 02:47 PM

      Din is-sena, l-Iskola Primarja tax-Xewkija, qed tiehu sehem fil-Karnival li jsir kemm fix-Xewkija u kemm f'postijiet ohra f'Ghawdex.  Infatti, diversi tfal li jattendu din l-Iskola gew mghallma danza tal-Karnival mill-ghalliema taghhom waqt il-brejk ta' l-Iskola biex ma jitilfu xejn mit-taghlim akkademiku taghhom.  Il-kostumi gew mehjuta mill-ghalliema u diversi genituri ta' l-istess studenti. [Informazzjoni u Ritratti : Saviour Tabone ]

carnival dance 6.2.09

 Tfal waqt il-provi tad-danza
tal-Karnival 2009

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 19, 2009 at 05:14 PM )
Read more...
Il-Karnival fix Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Feb 17, 2009 at 10:35 PM

       Bhalma sar f'dawn l-ahhar snin, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija qed jorganizza diversi attivitajiet ghall-Karnival ta' din is-sena.  Infatti, din is-sena, il-Karnival fix-Xewkija se jkun organizzat fuq tlitt ijiem u jibda nhar il-Gimgha 20 ta' Frar u jintemm il-Hadd 22 ta' Frar.

poskar09

 IL-Poster tal-Karnival fix-Xewkija 2009

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 19, 2009 at 05:12 PM )
Rizultati tajbin hafna tal-futbol PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Feb 16, 2009 at 06:29 PM

       Nistghu nghidu li l-gimgha li ghaddiet kienet gimgha tajba hafna f'dak li ghandu x'jaqsam mal-futbol.  Kemm it-tim ta' l-iskola u kemm it-tim ta' taht il-wiehed u ghoxrin sena tax-Xewkija Tigers kisbu rebhiet bi skor kbir.  L-ewwel rebha nkisbet mit-tim ta' l-Iskola Primarja tax-Xewkija meta gheleb lil dak tal-Konservatorju 4-0.  Il-gowls gew minn Nicholas Cauchi ( 3 gowls ) u Johnnie Grech (gowl)  u fi tmiem l-ewwel taqsima, ix-Xewkija kienu 3-0 minn fuq. Imbaghad is-Sibt it-tim ta' taht il-wiehed u ghoxrin sena tat-Tigers kiseb rebha bi skor mill-akbar meta gheleb lil Qala St. Joseph 11-0.  Fi tmiem l-ewwel taqsima, ix-Xewkija kienu diga' qed jirbhu 7-0 u l-gowls gew minn Rodney Butigieg (5 gowls), Joseph Hili (4 gowls), Jason Attard (gowl) u Josmar Azzoparde (gowl). [ Informazzjoni u Ritratti: John Spiteri ]

u21q1

 Azzjoni mill-loghba ta' U21 kontra
Qala St. Joseph

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Feb 16, 2009 at 08:21 PM )
Read more...
<< Start < Previous 241 242 243 244 245 246 247 248 249 250 Next > End >>

Results 2224 - 2232 of 2623
Monday, 29 th April 2024
02:37 
A+ | A- | Reset