Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Ic-Celebrazzjoni Djocesana ta' Kristu Re fir-Rotunda tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Nov 24, 2008 at 05:06 PM

       Minhabba l-maltemp li hakem il-gzejjer maltin, ic-celebrazzjoni Djocesana ta' Kristu Re ilbierah saret fix-Xewkija. Fl-4.30pm bdiet purcissjoni Ewkaristika minn hdejn il-kappella tal-Madonna tal-Hniena ghal Triq San Bert u baqghet sejra sal-pjazza fejn imbaghad saret il-Funzjoni fil-Knisja Rotunda. Eluf ta' Ghawdxin attendew ghall-funzjoni gewwa ir-Rotunda. Fil-Purcissjoni hadu sehem il-kleru, il-fratelli tal-parrocci t'Ghawdex, l-abbatini kif ukoll it-tfal ta' l-ewwel tqarbina. Il-funzjoni tmexxiet minn Nunzju Apostoliku ghal Malta ET Mons Tommaso Caputo u l-Isqof t'Ghawdex Mons Mario Grech. { Ritratti: Joseph Xuereb }

kr1

 Il-Knisja Rotunda mimlija bin-nies

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 25, 2008 at 01:53 PM )
Read more...
Bennie Mercieca ir-Rebbieh ta' " Gieh ix-Xewkija 2008 " PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Nov 23, 2008 at 11:29 PM

       Is-Superjur tal-Qasam tal-Museum tax-Xewkija s-Sur Bennie Mercieca huwa r-rebbieh ta' l-unur "Gieh ix-Xewkija " ta' din is-sena. Dan l-unur jinghata lil dik il-persuna li tkun hadmet hafna ghar-rahal tax-Xewkija f'xi qasam partikulari. Bennie Mercieca ghamel bosta snin jahdem bhala ghalliem kif ukoll ilu iktar minn tletin sena superjur tal-Museum tax-Xewkija. Barra dan huwa jghin hafna fil-knisja u jahdem hafna fuq bazi Djocesana. L-unur jintaghzel permezz ta' votazzjoni sigrieta li fiha jivvutaw il-membri tal-Kunsill Lokali u rapprezentant ta' kull ghaqda fix-Xewkija. Din is-sena barra minn Bennie Mercieca kienu nominati Leli Portelli, John Pace, Dun Gwann Grech u Dun Gwann Xuereb kif ukoll Frans Galea. { Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb }

gix6
 

 Is-Sur Bennie Mercieca jaghmel diskors tieghu

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 25, 2008 at 11:27 AM )
Read more...
Jum Ix-Xewkija 2008 : Programm fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Nov 23, 2008 at 10:59 PM

       Fl-okkazjoni ta' Jum ix- Xewkija 2008, ilbierah il-Kunsill Lokali tax-Xewkija organizza serata fl-Iskola Primarja tax-Xewkija. Il-programm kien jikkonsisti fi programm muzikali mill-Banda Prekursur, qari ta' komponimenti mit-tfal tar-rahal taghna, tqassim ta' kotba lill-istudenti, ghotja ta' flus lil Iskola Primarja tax-Xewkija u thabbira tar-rebbieh " Gieh ix-Xewkija 2008 ". Din is-sena l-unur ta' "Gieh ix-Xewkija" inghata lis-Superjur tal-Museum tax-Xewkija is-Sur Bennie Mercieca. Is-Sindku Dr. Monica Vella qassmet ir-rigali kif ukoll fl-ahhar tal-programm ghamlet diskors ta' l-okkazjoni. Fost il-mistiedna distinti kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said. { Ritratti: Frans Galea u Joseph Xuereb }

sjx1

 Jum ix-Xewkija 2008

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 27, 2008 at 05:48 AM )
Read more...
Jum Ix-Xewkija 2008 Festival ta' Football U12 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Nov 23, 2008 at 09:19 PM

       Bhala parti mill-attivitajiet fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija 2008 ilbierah kien organizzat Festival ta' Football ghat-tfal ta' taht it-tnax il-sena. Dan il-Festival kien organizzat mix-Xewkija Tigers Youth Nursery bil-kooperazjoni tal-Kunsill Lokali . Hadu sehem tlett timijiet li kienu Xewkija Tigers, Xaghra United u Valletta F. C. Fi tmiem il-Festival is-Sindku Dr. Monica Vella qassmet tifkira lit-timijiet kollha. { Ritratti: Frans Galea }

xn1

 Xewkija Tigers U12

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 25, 2008 at 11:32 AM )
Read more...
Ic-Celebrazzjoni Djocesana ta' Kristu Re ghall gol-Knisja Rotunda tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Nov 22, 2008 at 04:48 PM

       Minhabba l-maltemp previst ghal ghada il-Hadd ic-celebrazzjoni djocesana ta' Kristu Re ser issir fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Dan it-tibdil hareg mill-Kumitat organizattiv dal-ghodu. Il-programm ser jibda fl-4.30pm b'purcissjoni Ewkaristika li titlaq minn hdejn il-Knisja tal-Hniena u tghaddi minn Triq San Bert ghal-Knisja Parrokjali tax-Xewkija. Wara issir ic-celebrazzjoni mmexija mill- ET Mons Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku ghal Malta.{ Ritratt: Frans Galea }

kn1

 Ir-Rotunda Tax-Xewkija

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Nov 29, 2008 at 07:35 PM )
<< Start < Previous 251 252 253 254 255 256 257 258 259 260 Next > End >>

Results 2323 - 2331 of 2623
Friday, 19 th April 2024
06:38 
A+ | A- | Reset