Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Laqgha Generali Tax-Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 06, 2008 at 06:53 AM

Nhar l-Erbgha saret il-laqgha generali ghal-istagun li gej tax-Xewkija Tigers F. C. fil-club fi pjazza San Gwann Battista. Ghal-laqgha attendew hafna membri u matula gew ikkonfermati l-ufficjali ghal-istagun 2008/2009. Bhala president ser jerga jkun Jeffrey Farrugia, filwaqt li Joseph Attard ser ikun segretarju. Franco Azzopardi ser izzomm il-kariga ta' kaxxier. Min-nahha l-ohra ix-xoghol fuq il-club il-gdid baqa ghaddej, u il-bierah beda jitwahhal is-sufitt tal-club, fil-waqt li beda ix-xoghol fuq il-bankina.

xt6608n1

        -Ufficjali waqt il- laqgha generali-

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 06, 2008 at 09:15 AM )
Read more...
Jitlesta l-logg tar-Rotunda PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 05, 2008 at 02:16 PM

Minn kmieni dalghodu, Fabio, it-tekniku tal-kumpanija Domus Dei li wasal Ghawdex il-bierah filghaxija, beda jqieghed f'posthom il-hgieg tal-logg.  Sa kmieni wara nofs in-nhar il-hgieg kollu kien qieghed f'postu.  Ghall-habta tas-2.00 pm, il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi zar ir-Rotunda biex jara x-xoghol komplut u flimkien ma' Fr Gino Gauci u Dun Gorg Mercieca telghu fil-gallerija biex jaraw ix-xoghol mill-qrib.

logg5608n01

 Il-Logg lest

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:45 PM )
Read more...
Jasal haddiem mid-ditta ''Domus Dei'' PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Jun 04, 2008 at 10:01 PM

Kmieni llum wara nofsinhar wasal mill-Italja haddiem tal-fabbrika ''Domus Dei'' biex jibda jpoggi l-istained glass tal-logg tal-Knisja Rotunda. Kif wasal Ghawdex mill-ewwel beda bix-xoghol mghejjun minn haddiema Ghawdxin biex ghada filghodu, kif mistenni, jibda jitpogga l-hgieg f'postu.

logg4608n1

 It-tekniku Taljan jahdem fuq il-Logg

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:42 PM )
Read more...
Ix-xoghol fil-Club il-gdid PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 04, 2008 at 03:29 PM

Ix-xoghol fuq il-club il-gdid baqa' ghaddej b'ritmu mghaggel f'dawn l-ahhar jiem. Infatti il-faccata issa kwazi lesta u anke din il-gimgha twahlu zewg bibien ta' barra, dak tas-supermarket u dak tal-bar tal-club.  Ghaddej ukoll ix-xoghol fuq l-intrata u dal-ghodu beda ix-xoghol fuq il-bankina ta' quddiem il-club. 

club4608
              Il-faccata tal-club il-gdid

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 05, 2008 at 12:59 AM )
Medaljun gdid ghas 'St John the Baptist Association' PDF Print E-mail
User Rating: / 8
Written by Claudio Vella   
Jun 03, 2008 at 07:00 AM
st.%20john%20association1b_small
 Il-Medaljun il-Gdid ghas-
'St John the Baptist Association'
Ikklikkja biex tkabbar

 

Illum dal-ghodu, 3 ta' Gunju, telaq minn Malta medaljun gdid li sar ghas-socjeta 'St John the Baptist Association', li hemm gewwa Melbourne, l-Awstralja. Dan il-medaljun huwa mpitter bl-acrylics u sar mil-artist Xewki Paul Falzon. Dawn l-ahhar jiem saru l-ahhar kuntatti ma' Jesmond Attard fl-Awstralja sabiex ikunu finalizzati l-preparamenti rigward it-trasport ta' dan il-medaljun. Nawguraw l-festa t-tajba lil hutna l-emigranti li hemm fl-Awstralja.

Write Comment (1 comments)
Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:42 PM )
<< Start < Previous 281 282 283 284 285 286 287 288 289 290 Next > End >>

Results 2539 - 2547 of 2623
Wednesday, 24 th April 2024
21:20 
A+ | A- | Reset