Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
Festa San Gwann Battista 2019 - il-Hadd 23-6-19 Purcissjoni |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 23, 2019 at 10:52 AM |
Il-Hadd 23 ta' Gunju 2019 filghaxija sar il-marc ta’ qabel il-purcissjoni mill-Banda Prekursur li beda minn hdejn il-kazin tal-banda sa Pjazza San Gwann Battista. Waqt li bdiet hierga l-purcissjoni. Il-Banda Prekursur laqghet l-istatwa artistika ta’ San Gwann Battista (1845), xoghol fl-injam u kapulavur ta’ Mastru Pietru Pawl Azzopardi, bl-Innu Relizjuz il-gdid Ghaziz Gwanni, Patrun taghna, taht id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci, u wara, il-Banda Prekursur esegwit l-Innu l-Kbir La Natività di San Giovanni Battista (1950), kompozizzjoni ta’ Mro Indrì Borg u versi ta’ Guzeppi Serafin Cutajar, bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti, tal-Baritonu Ivan Vella, tal-Mezzo Sopran Marthese Borg u l-Kor tal-Banda Prekursur, taht id-direzzjoni ta’ Mro Anthony Borg. Ta minn jinnota li din kienet l-ahhar darba li s-surmast Anthony Borg idderiga dan l-Innu bhala Surmast Direttur tal-banda Prekursur. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 23, 2019 at 10:54 AM )
|
Read more...
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Marc ta' fil-ghodu |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 23, 2019 at 10:10 AM |
Il-Hadd 23 ta’ Gunju kien Jum il-Festa ta’ San Gwann Battista,filghodu sar il-marc brijuz mill-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara, li beda minn hdejn il-kazin tal-banda fi Triq Santa Katerina ghal Triq il-Knisja, fost il-briju taz-zghazagh bl-innu marc tant popolari maz-zghazagh Xewkin. Il-qofol ta’ dan il-marc kien fil-pjazza ewlenija San Gwann Battista taht Umbrellun majestuz fost il-briju ta’ tant zghazagh Xewkin. Fi tmiem il-marc kien hemm spettaklu tal-karti sinkronizzat mal-muzika. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 24, 2019 at 07:16 PM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 -Marc is-Sibt 22-6-19 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 22, 2019 at 12:54 PM |
Is-Sibt 22 ta' Gunju sar marc mill-Banda San Girgor ta’ Kercem, minn Triq Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn ghamlet Programm Muzikali fuq il-plancier taht id-direzzjoni tal-Assistent Surmast MarvinGrech. Aktar tard sar marc mill-Banda Victory tax-Xaghra, li beda minn Triq il-Mithna ghal Triq il-Hamrija. Il-Banda Prekursur inghaqdet mal-Banda Victory fi Triq il-Hamrija, li flimkien komplew b’marc brijuz minn Triq Santa Katerina u Triq il-Knisja ghal Pjazza San Gwann Battista, fejn iz-zewg banded inghaqdu bhala Massband fejn daqqew Innu Marcja popolari flimkien. Wara jntwera feature dwar id-90 Anniversarju tal-Banda Prekursur u fl-ahhar kien hemm spettaklu tan-nar minn fuq il-bjut sinkronizzata mal-muzika. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 23, 2019 at 09:55 AM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Is-Sibt 22-6-19 Translazzjoni |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 22, 2019 at 12:44 PM |
Is-Sibt 22 ta’ GunjU 2019, sar il-marc mill-Banda Prekursur minn hdejn il-kazin tal-banda ghal Pjazza San Gwann Battista, fejn hadu sehem l-emigranti Xewkin bl-istandard tal-pajjiz taghhom. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat it-Transulazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Gwann Battista mmexxija minn Mons. Gorg Mercieca flimkien akkumpanjaw il-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta’ Malta. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 22, 2019 at 12:44 PM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Il-Gimgha 21-6-2019 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 15, 2019 at 08:58 PM |
Il-Gimgha 21 ta’ Gunju 2019, sar il-marc mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, li beda minn Triq Torri Tinghi u ghadda minn Triq San Zakkarija ghal Pjazza San Gwann Battista fejn imbaghad l-istess banda ghamel Programm Muzikali taht id-direzzjoni tas-Surmast George Apap. Wara sar il-marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Ite ad Joseph tal-Qala, bl-istatwa ta’ San Hwann jghammed lil Kristu (1930). Il-marc beda minn Pjazza San Gwann Battista u tkompl ghal Triq San Zakkarija, Triq Ein Karem, Triq il-Helsien, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina. Xhin l-Istatwa majestuza waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur flimkien mal-bandisti tal-banda Ite ad Joseph daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmulha bid-daqq tal-Innu Marcja tant popolari fost il-kant ta’ hafna Xewkin prezenti . Il-marc baqa sejjer ghal Triq il-Hamrija u Triq Indipendenza. Hawn iz-zewg baned inghadu flimkien bhala Massband. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat l-istatwa bid-daqq tal-innu marcja tant popolari max-Xewkin minn fuq il-palk taghha flimkien mall-kant fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh u poplu Xewki, l-istatwa ttellghet fuq il-pedestall grandjuz taghha.
|
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 15, 2019 at 09:00 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
Results 82 - 90 of 2607 |