Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
|
Xewkija Tigers jitilfu kontra Sannat Lions |
|
|
|
|
Written by Frans Galea
|
|
Sep 10, 2010 at 05:30 AM |
|
Nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2010 t-tim tax-Xewkija Tigers tilef l-ewwel loghba ta' l-istagun 2010/11 kontra Sannat Lions. Il-loghba kienet mit-Tazza Indipendenza u l-Lions rebhu 3-0. Fil-half-time Xewkija kienu 2-0 minn taht . Issa nhar il-Hadd iz-zewgt timijiet jergghu jilghabu kontra xulxin fl-ewwel loghba taghhom tal-kampjonat. Write Comment (0 comments) |
|
Last Updated ( Sep 10, 2010 at 06:26 AM )
|
|
Read more...
|
|
|
Il-funeral ta' Jean Pierre Azzopardi mhux ser isir ghada l-Gimgha |
|
|
|
|
Written by Frans Galea
|
|
Sep 09, 2010 at 10:56 AM |
|
Xewkija.net ghadha kif giet infurmata li l-funeral ta' Jean Pierre Azzopardi, wiehed mill-vittmi tad-dizgrazzja tal-kamra tan-nar ta' nhar il-Hadd li ghadda, mhux ser isir ghada l-Gimgha kif kien avzat. Id-data tal-funeral tithabbar izjed il-quddiem. Write Comment (0 comments) |
|
Last Updated ( Sep 09, 2010 at 01:00 PM )
|
|
|
Jithabbru d-dettalji tal-Funeral ta' Jean Pierre Azzopardi |
|
|
|
|
Written by Frans Galea
|
|
Sep 08, 2010 at 12:37 PM |
|
Il-Kumitat tan-Nar Festa San Gwann Battista flimkien mal-Kumitat Zghazagh Xewkin b'kollabazzjoni mal-familja Azzopardi habbru li l-funeral taz-zaghzugh Xewki Jean Pierre Azzopardi ser issir nhar il-Gimgha 10 ta' Settembru. Il-korteo jitlaq fl-4.30pm mill-Isptar Generali ta' Ghawdex lejn ix-Xewkija fejn imbaghad f'tarf Triq Indipendenza ikun akkunpanjat b'marci funebri mill-Banda Prekursur tax-Xewkija sa Pjazza San Gwann Battista. Ta' min nenfasizzaw il-punt li l-Banda Prekursur ser taghti s-servizz taghha b'inizjattiva taz-Zghazagh Xewkin li stiednu l-istess Banda biex taghmel dan is-servizz funebru. Dan il-ghaliex il-Prekursur takkumpanja fil-funerali ta' mejtin li jew kienu bandisti jew membri tal-kumitat, pero taghti lok li tkun tista' tigi mistiedna u tithallas ta' marc normali minn individwi jew kumitati. Filfatt hekk sehh f'dan il-kas u l-Kumitat Zghazagh Xewkin offra li jistieden il-Banda biex iddoq f'dan il-funeral tal-habib taghhom Jean Pierre. It-tebut ikun merfugh minn membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin flimkien ma' membri tal-Kumitat tan-Nar. Ezatt wara ssir il-quddiesa presente cadavere fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija li se tkun iccelebbrata minn Fr. Francis Azzopardi. Fr Francis jigi z-ziju ta' Jean Pierre u jinsab jaqdi l-missjoni tieghu ta' sacerdot fl-Ingilterra. Jikkoncelebraw ukoll l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca u bosta sacerdoti ohra. Jiehu sehem ukoll il-Kor Vox Clamantis. Write Comment (0 comments) |
|
Last Updated ( Sep 09, 2010 at 05:16 AM )
|
|
Read more...
|
|
|
Il-Banda Prekursur thassar is-servizz taghha ghall-marc ta' filghodu fix-Xaghra |
|
|
|
|
Written by Frans Galea
|
|
Sep 08, 2010 at 11:48 AM |
|
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Festa ta' Marija Bambina fix-Xaghra, il-kumitat tal-Banda Prekursur tax-Xewkija iddecieda li jhassar is-sehem tal-Banda fil-marc li kellu jsir dalghodu fix-Xaghra. Dan sar bhala turija ta' rispett lejn il-vittmi tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers li grat nhar il-Hadd 5 ta' Settembru. Wiehed mill-vittmi huwa Jean Pierre Azzopardi mix-Xewkija. Ta' min jghid li Jean Pierre kien ikun sikwit il-Kazin tal-Banda flimkien ma' shabu z-zghazagh membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin. Write Comment (0 comments) |
|
Last Updated ( Sep 08, 2010 at 12:50 PM )
|
|
|
Xewki fost il-Vittmi tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers |
|
|
|
|
Written by Frans Galea
|
|
Sep 07, 2010 at 06:45 AM |
|
Jean Pierre Azzopardi, guvni ta' 27 sena mix-Xewkija, huwa wiehed mil-vitmi li hallew hajjithom nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2010 fid-dizgrazzja tal-Kamra tan-Nar ta' Farrugia Brothers fl-Gharb Ghawdex. Jean Pierre kien maghruf u mahbub hafna fix-Xewkija ghax kien jaghti daqqa t'id f'hafna ghaqdiet tar-rahal fosthom fil-Kumitat tan-Nar u l-Ghaqda Drammatika Xewkija. Pero id-delizzju ewlieni tieghu kien in-nar fejn kien jistinka hafna fil-gbir u attivitajiet ohra ma' shabu dilettanti Xewkin. Barra dan huwa kien jghin hafna lill-artist Xewki Paul Falzon fil-preparazzjoni tax-xeni tad-Drammi li jittellghu fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija. Il-Funeral tieghu mistenni jsir nhar il-Gimgha 10 ta' Settmbru 2010 fil-5.00pm mil-Isptar Generali t'Ghawdex ghal-Knisja Rotunda tax-Xewkija fejn it-tebut tieghu ser jingarr mil-membri ta' l-Ghaqda Delittani tan-Nar Xewkija. Zgur li x-Xewkija tilfet patrijott kbir li dejjem kien lest jghin f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mar-rahal. Minn nahha taghna naghtu l-kondoljanzi taghna lill-familja tieghu u nweghduhom it-talb taghna. | | Jean Pierre fil-Festa ta' San Gwann li ghaddiet | Write Comment (0 comments) |
|
Last Updated ( Sep 09, 2010 at 05:18 AM )
|
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
| Results 1 - 9 of 939 |