Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Xewkija Tigers jirbhu l-ewwel loghba tal-Kampjonat 2021/2022 PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Sep 08, 2021 at 06:42 PM

Nhar il-Hadd 5 ta' Settembru 2021, it-tim tax-Xewkija Tigers gheleb lit-tim ta' Oratory Youths 2-1 fl-ewwel loghba tal-kampjonat Ghawdxi ta' l-ewwel divizzjoni. Il-gols waslu kolla fit-tieni taqsima bit-Tigers jifthu l-iskor fis 56 minuta permezz tad-debuttant R.Silveira   biex wara li l-Youths gabu d-draw,  fil 85 mininuta  J.G.Vella kiseb ir-rebha permezz ta' penalty fost il-ferh tax-Xewkin.

xt3

 

Write Comment (0 comments)
Programm mill-Banda Prekursur f'jum il-Festa tal-Martirju ta' Sab Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Sep 01, 2021 at 05:22 PM

Nhar il-Hadd 29 ta’ Awwissu 2021, il-banda Prekursur, wara waqfa   ta’ sena u nofs minhabba il-pandemija, l-banda ghamlet programm, fejn stajna nergghu ngawdu l-Banda Prekursur, li ghalqet il-festi ad unur tal-Qtugh ir-Ras tal-Patrun taghna San Gwann il-Battista b' kuncert li sar fil-pjazzetta ta' wara l-knisja rotunda tax-Xewkija, Ghawdex.  Il-kuncert beda, bl-Innu Lill Banda Prekursur, u innu Religjug Lill San Gwann l-Ghammiedi, muzika ta’ Vincenso Ciappara, wara jndaqqu l-innijiet religjuzi, Lill Battista muzika ta’ Sanny Galea, Ghaziz Gwann Patrun Taghna muzika tas-surmast Direttur tal-banda Prekursur Mark Gauci u Innu lill San Gwann Battista muzika tas-surmast fundatur tal-banda Indri Borg.  Imbghad indaqqu zewg marci brijizi li kienu La Voce muzika ta’ Domnic Darmanin u Prekursur muzika ta’ Paquale Aiezza, dawn il-marci jindaqqu biss mill-banda Prekursur.  Wara indaqqet il-Glorja tal-Innu l-Kbir u l-kuncert spicca bl-Innu Jum il-Martirju ta’ San Gwann Battista, muzika tal-Ex. Surmast Carmelo Borg.  Id-direzzjoni tal-banda Prekursur kien taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur taggha Mro Mark Gauci.

'Awwissu 2021.15
 'Awwissu 2021.5

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Sep 01, 2021 at 05:28 PM )
Illum il-Festa tad-Duluri PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 26, 2021 at 11:47 AM

Illum il-Gimgha 26 ta' Marzu 2021 il-Knisja Kattolika qed ticcelebra il-Festa ta' Marija Addolorata. Fil-Gzejjer Maltin din il-festa tigi iccelebrata b'devozzjoni kbira. Fir-rahal taghna tax-Xewkija nistghu nghidu li d-devozzjoni lejn id-Duluri ilha bosta snin. Infatti mill 24 ta' Marzu 1972 din il-purcissjoni tad-Duluri fix-Xewkija bdiet issir forma ta' pageant fejn jiehdu sehem mijiet ta' nies li jirraprezentaw is-seba' Duluri ta' Ommna Marija. F'din il-pursissjoni tiehu sehem il-Banda Prekursur tax-Xewkija u kien hemm snin fejn hadu sehem ukoll baned ohra Ghawdxin. Din is-sena ght-tieni sena  konsekuttiva il-purcissjoni mhix ser tohrog minhabba is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-pajjiz pero ahna tax-Xewkija.net qed inwasllulkom diversi poeziji, marci funebri kif ukoll siltiet min purcissjoni tad-Duluri li saret fix-Xewkija snin ilu.

poster duluri

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Mar 26, 2021 at 12:19 PM )
Xewkija Tigers jifthu t-tieni rawnd b'telfa ohra PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 10, 2021 at 07:06 PM

Nhar il-Hadd 7 ta' Marzu 2021 it-tim tax-XewkijaTigers sofra ir-raba' telfa fil-kampjonat meta safa meghlub min Xaghra United 1-3 (HT 1-2). Din regghet kienet loghba ohra disappuntati ghat-Tigers wara bidu mill aqwa fil-kampjonat. Il-gol ghax-Xewkija wasal kmieni fil-loghba min Jake Saliba.

 js

 

Write Comment (0 comments)
Illum Xewkija Tigers jilghabu kontra Xaghra United fl-ewwel loghba tat-tieni rawnd tal-kampjonat PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Mar 08, 2021 at 05:35 PM

Illum it-Tnejn 8 ta' Marzu 2021, it-tim tax-Xewkija Tigers ser jilghab l-ewwel loghba tat-tieni rawnd tal-kampjonat 2020-21 meta fil-Gozo Stadium jiffaccja lix- Xaghra United. Il-loghba tibda fis 7.00pm. Ahna nawguraw lit-Tigers ghal din il-loghba.

xtvsxu

 

 

Write Comment (0 comments)
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 1 - 9 of 2623
Thursday, 21 st October 2021
08:20 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org