Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Festa San Gwann Battista 2018 - Marc tal-Hamrija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 28, 2018 at 04:36 PM

Nhar l-Erbgha 20 ta' Gunju 2018 il-Banda Vizitazzjoni ta' l-Gharb ghamet marc fl-inhawi tal-Hamrija. Il-marc beda minn Triq il-Hamrija u dar ma' diversi toroq fil-Plot sakemm spicca hdejn l-iskola Primarja tax-Xewkija u l-listatwa ta' San Gwann ittellghetfuq il-pedistal taghha fost il-briju u kant ta' dawk prezenti.

  ( Izjed ritratti  fuq il-Facebook page tax xewkija.net )

DSC_9579-2000
 DSC_9666-2000

 

Write Comment (0 comments)
Festa San Gwann Battista 2018 - Programm mill-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 28, 2018 at 04:21 PM

Nhar it-Tlieta 19 ta' Gunju 2018 issoktaw il-Festa ad unur San Gwann Battista fix-Xewkija.Fid-9.00pm  il-Banda Prekursur tellghet Programm Vokali u Muzikali taht id-direzzjoni ta' Mro. Anthony Borg li spicca bid-daqq ta' L-innu L-Kbir '' La Nativita' di San Govanni Battista ''.

  ( Izjed ritratti  fuq il-Facebook page tax xewkija.net )

 DSC_9210-2000
 DSC_9200-2000

 

Write Comment (0 comments)
Festa San Gwann Battista 2018 - Marc tal-Gibjun PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 28, 2018 at 04:08 PM

Nhar it-Tnejn 18 ta' Gunju 2018 fethu l-festi ta' barra tal-Festa tal-Patrun tax-Xewkija San Gwann Battista. Fid 9.30pm beda marc mill-Banda Prekursur mil-pjazza u li spicca fi Triq il-Kbira hdejn il-Gibjun fejn l-istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-pedistal taghha fost il-briju taz-zghazagh u il-kant ta' l-innu marc.

 ( Izjed ritratti  fuq il-Facebook page tax xewkija.net )
DSC_8743-2000(1)
 DSC_9026-2000

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 28, 2018 at 04:08 PM )
Bidu tal-Festi ta' San Gwann Battista fix-Xewkija - Hrug tal-Vara min nicca PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
Jun 16, 2018 at 07:49 PM

 

Nhar il-Hamis 14 ta’ Gunju 2018 kien l-ahhar Hamis ta’ San Gwann u l-ewwel jum tan-Novena bi thejjija ghall-Festa. Fit-8.30pm saret Velja ta’ talb immexxija miz-zghazagh li fiha sar il-hrug tal-istatwa ta’ San Gwann Battista min-nicca.Wara l-istatwa artistika tal-Battista inharget min-nicca taghha fost il-kant u l-entuzjazmu ta’ dawk kollha prezenti. Ghal din l-okkazjoni giet iffurmata wkoll orkestra zghira b’muzicisti Xewkin biex takkumpanja l-kant, taht id-direzzjoni ta’ Ivan Farrugia. Fl-ahhar tal-Velja, li ntemmet bil-Barka Sagramentali, gew ipprezentati xi bukketti tal-fjuri lil San Gwann Battista mill-Kumitati u l-Ghaqdiet tal-Festa u z-zghazagh ipprezentaw lill-Arcipriet il-gear il-gdid tal-Festa flimkien ma’ CD bl-innijiet li ser jizzanznu din is-sena.

 DSC_7684-2000
 DSC_7835-2000

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 16, 2018 at 07:55 PM )
Il-Knisja Rotunda tinxtel ghal-ewwel darba bil-bozoz LED PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 16, 2018 at 07:38 PM

Ta’ kull sena fil-jiem tal-festa l-knisja Rotunda tkun imzejna minn barra b’ghadd kbir ta’ bozoz li jaghtuha dehra tassew spettakolari. B’kollox jigu wzati aktar minn 4,000 bozza, hafna minnhom tal-kulur. Din is-sena dawn il-bozoz gew mibdula kollha f’bozoz LEDs. Il-mixghela tal-knisja giet inawgurata mill-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Daniel Xerri fit-8.15pm tal-Hamis 14 ta’ Gunju 2018, ftit minuti qabel tajna bidu ghall-Velja ta’ talb li fiha sar il-hrug tal-istatwa ta’ San Gwann Battista min-nicca.

DSC_7583-2000
 Knisja mixghula 2018

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 09, 2018 at 04:30 PM )
<< Start < Previous 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Next > End >>

Results 208 - 216 of 2623
Tuesday, 30 th April 2024
09:33 
A+ | A- | Reset