Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
Artiklu dwar ix-Xewkija u r-Rotunda f'magazine barrani
Written by Frans Galea
Nov 18, 2008 at 06:52 PM
Fil-harga tal-Magazine "Catholic Life" ta' Ottubru 2008 hemm artiklu interesanti dwar ir-Rotunda u x-Xewkija. Dan l-artiklu il huwa fuq zewgt pagni hu miktub minn Patrick Greenwood u jinkludi wkoll zewgt ritratti mill-isbah tar-Rotunda minn barra u gewwa. L-artiklu jitkellem dwar it-twaqqif tal-parrocca kif ukoll l-istorja tax-Xewkja. Isemmi ukoll okkazzjonijiet specjali fosthom dik ta' Ottubru 2004 meta diversi Kardinali u Isqfijiet flimkien ma madwar elf sacerdot minn madwar id-dinja gew fir-Rotunda ghal laqgha ta' talb.{ Ritratti: Frans Galea }
Nhar il-Gimgha 14 ta' Novembru, it-team ta' U21 tax-Xewkija Tigers laghab it-tieni loghba tieghu tal-Kampjonat u hareg rebbieh bl-iskor kbir ta' 9-1 kontra Qala St. Joseph. Nistghu nghidu li t-team Xewki ghamel loghba kbira b'eroj ikun iz-zghazugh Joseph Hili li skorja erba' goals. Il-goals l-ohra gew minn Rodney Butigieg {3 goals }, u David Xerri u Paul Rapa {goal kull wiehed }. Fil-Half Time l-iskor kien 5-0. {informazzjoni: John SpiteriRitratti: Frans Galea }
Llum il-Hadd kien l-ahhar jum tal-Kwaranturi li saru gewwa il-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Il-lejla saret Koncelebrazzjoni Sollenni mmexxija minn Dun Guzepp Sultana li fija ghamel ukoll il-priedka dwar l-Ewkaristija. Imbaghad wara saret il-purcissjoni bis-S.S. Sagrament mat-toroq tax-Xewkija. Numru kbir ta' nies hadu sehem fil-Quddiesa u l-Purcissjoni. Wara il-purcissjoni kien hemm il-Barka Sagramentali fil-Knisja Rotunda.{ Ritratti: Frans Galea }
Ilum is-Sibt kien it-tieni jum tal-Kwaranturi Mqaddsa fir-Rotunda tax-Xewkija. Matul il-gurnata kompliet l-Addorazzjoni minn gruppi differenti ta' nies fil-waqt li l-lejla fis-6.00pm kien hemm Koncelebrazzjoni Sollenni u wara beda lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku.{ Ritratti: Frans Galea }
Dal-ghodu inghata bidu ghal-Festi tal-Kwaranturi gewwa r-Rotunda tax-Xewkija ghal din is-sena. Infatti wara il-quddiesa tas- 6.45am bdiet l-Addorazzjoni quddien is-Sagrament li ghanda tibqa ghaddejja ghal dawn it-tlitt ijiem li gejjin. Matul il-jum tal-llum f'kull hin kien hemm gruppi ta' nies mix-Xewkija jaghmlu l-Addorazzjoni. Imbaghad il-lejla fil-5.00pm kien hemm il-Vespri integrat mal-Quddiesa bil-priedka. Il-Kwaranturi issa jkomplu ghada is-Sibt biex imbaghad jilhqu l-qofol taghhom nhar il-Hadd bil-Purcissjoni tas- S.S. Sagrament. { Ritratti: Frans Galea }