Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
|
Player ta' Xewkija Tigers jilghab fil-Premier Division ta' Malta |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Oct 07, 2008 at 11:20 AM |
Il-player ta' Xewkija Tigers, Mark Camilleri nhar il-Hadd iddebutta mat-tim Msida St. Joseph fil-Kampjonat Premier ta' Malta. L-attakant Xewki dahal bhala sostitut fit-83 minuta fil-loghba tal-kampjonat kontra ic-champions Valletta meta l-iskor kien jaqra 2-1 favur Valletta. Il-loghba spiccat bl-istess skor pero Mark kien sodisfatt hafna b'dak li ghamel fil-ftit minuti li ghamel fl-Istadium Nazzjonali Ta' Qali u fiducjuz li jkun jista jaghti iktar sehem importanti lit-tim tieghu aktar il-quddiem.{ Ritratt: Mark Camilleri } | L-Arma ta' Msida St. Joseph |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Oct 07, 2008 at 04:35 PM )
|
Read more...
|
|
Festa tal-Madonna tar-Ruzarju fix-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Oct 06, 2008 at 12:36 AM |
Il-bierah il-Hadd giet iccelebrata il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija. Fl-4.00pm saret quddiesa minn Dun Micheal Galea flimkien ma' l-Arcipriet u l-kleru tax-Xewkija u wara saret il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju mat-toroq tax-Xewkija. Numru kbir ta' nies attendew ghall-quddiesa u l-purcissjoni flimkien mal-Kor Vox Clamantis u l-fratelli.{ Ritratti: Frans Galea } | L-Istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Oct 08, 2008 at 05:58 PM )
|
Read more...
|
|
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter |
|
|
|
Written by Claudio Vella
|
Oct 05, 2008 at 11:00 PM |
Kullegg Ghawdex Primarja Xewkija <!--[if !supportEmptyParas]--> L-Erbgha, 8.10.08 P4 se jaghmlu sessjoni ta’ ghawm l-ARKA. Il-Hamis, 9.10.08 P3,P4,P5, u P6 se jmorru Malta ghal dawra madwar il-Port il-Kbir. Programm 7.45 am titlaq ix-xarabank minn quddiem l-iskola u tkompli tigbor it-tfal mis-soltu postijiet ghax-Xatt. 8.15am jitlaq il-vapur 8.45am titlaq il-private ghal Tas-Sliema 10.00am naslu Tas-Sliema u nduru ftit 10.30am nibdew id-dawra fuq il-vapur 12.00pm inzuru Bay Street 12.30pm nitilqu lejn ic-Cirkewwa 1.30pm naqbdu l-vapur lejn Ghawdex 2.15pm naslu l-iskola u t-tfal jingabru minn hawn. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:42 PM )
|
Read more...
|
|
Tiftah il-Missjoni Tas-Sena Pawlina fil-Parrocca tax-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Oct 05, 2008 at 02:17 PM |
Illum il-Hadd bhal parrocci kollha t'Ghawdex fil-parrocca tax-Xewkija infethet il-Missjoni Djocesana tas-Sena Pawlina billi l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca qabel kull quddiesa xeghel il-Blandun li kien qieghed fejn il-bandalora tas-Sena Pawlina u ghamel kelmtejn dwar il-Missjoni Pawlina.{ Ritratt: Frans Galea } | Il-Bandalora fir-Rotunda Tax-Xewkija | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Oct 06, 2008 at 10:35 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 261 262 263 264 265 266 267 268 269 270 Next > End >>
|
Results 2368 - 2376 of 2623 |