Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
|
Jibdew jaslu l-oggetti li ser jinbieghu mis-St. John Food Store |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Aug 01, 2008 at 12:34 PM |
F'dawn l-ahhar jiem fis-supermarket tal-bini tal-Club il-gdid tax-Xewkija Tigers, bdew jaslu l-oggetti li ser ikunu jinbieghu. Hu mistenni li issa fi ftit tal-jiem ohra is-"St. John Food Store" , l-isem ta dan is-supermarket gdid, jinfetah ghal-uzu tal-publiku. Infatti si-sidien, is-Sur Jeffrey Farrugia u is-Sur Joe Bonnici, qalulna li kif l-istokk kollu jasal u jitqieghed f'postu jibda isir il-biegh.{ Ritratti: Frans Galea } | Oggetti ta' l-ikel lesti biex jigu pogguti f'posthom | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Aug 01, 2008 at 11:04 PM )
|
Read more...
|
|
Pellegrinagg Mix-Xewkija Ghal Ta' Pinu |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 31, 2008 at 12:07 PM |
Il-bierah l-Erbgha sar pellegrinagg mill-Parrocca tax-Xewkija ghas-Santwarju Ta' Pinu fejn l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca flimkien mall-kleru tax-Xewkija ikkoncelebraw il-quddiesa. Il-Kor Vox Clamantis kanta waqt il-Koncelebrazzjoni li fija l-Arcipriet ghamel l-omelija. { Ritratti : Ivan Farrugia } | Waqt il-Koncelebrazzjoni f'Ta' Pinu | Write Comment (0 comments) |
Read more...
|
|
Tigi varata Lanca tas-sajd gdida ta' sajjieda Xewkin |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 29, 2008 at 06:45 PM |
Nhar is-Sibt 26 ta' Lulju fil-Port ta' l-Imgarr giet varata lanca gdida tas-sajd propjeta' ta' l-ahwa Axiaq mix-Xewkija. Din il-lanca giet mibnija mill-ahwa Axiaq matul dawn l-ahhar snin, u hija maghmula mill-fibreglass. It-tul taghha huwa ta' madwar 38 pied u giet imqassma ghal-bzonnijiet tas-sidien. Il-lanca li ggib l-isem ta' " Mary Jane ", giet imbierka mill-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca nhar il-Gimgha, biex imbaghad is-Sibt filghodu bdiet il-hidma biex tittiehed lejn l-Imgarr. Din il-hidma hadet bosta sighat peress li l-lanca hija kbira u xi whud mit-toroq minn fejn ghaddiet huma dojoq.{ Informazzjoni: Micheal Axiaq, Ritratti: Daniel Borg } | Il-Port ta' L-Imgarr | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 30, 2008 at 10:42 AM )
|
Read more...
|
|
Gabra ghall-Missjoni fil-Brazil fir-Rotunda tax-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 28, 2008 at 05:43 PM |
Ilbierah fil-knisja Rotunda saret gabra ghall-missjoni ta' Dun Salv Vella fil-Brazil. Dan is-sacerdot Xewki issa ilu bosta snin jahdem fil-missjoni gol-Brazil. Ta' kull sena Dun Salv jigi x-Xewkija fejn il-poplu Xewki jaghmel diversi attivitajiet biex jingabru fondi ghall-missjoni fil-Brazil. Ilbierah kien imiss li issir gabra waqt il-quddies kollu li sar fir-Rotunda. Dun Salv Vella qaddes il-quddiesa tat-8.30am fejn wara il-quddiesa huwa irringrazzja hafna lil-poplu Xewki ghall-generozita' tieghu. | Il-Knisja Rotunda minn gewwa | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 30, 2008 at 10:43 AM )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 271 272 273 274 275 276 277 278 279 280 Next > End >>
|
Results 2431 - 2439 of 2623 |