Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
Jasal l-ixkaffar tas-Supermarket tal-Pjazza
Written by Frans Galea
Jul 12, 2008 at 11:21 AM
F'dawn l-ahhar jiem wasal Ghawdex l-ixkaffar ghas-Supermarket gdid li-ser jiftah fil-post li xtara il-Club tax-Xewkija Tigers fil-pjazza tax-Xewkija. Infatti issa wara li jitlesta dan ix-xoghol ikun jonqos li jaslu l-affarijiet biex imbaghad jinfetah ghal-publiku.{Ritratti: Frans Galea}
Il-bierah il-Banda Prekursur tax-Xewkija hadet sehem fil-marc brijuz fil-festa tal-Madonna tas-Sokkors gewwa Kercem. Il-banda kienet taht it-tmexxija tas-surmast Anthony Borg u daqqet diversi marci brijuzi kif ukoll l-innu marc tal-Madonna tas-Sokkors. Diversi nies mix-Xewkija akkumpanjaw il-Banda f'Kercem.{Ritratti: David Azzopardi}
Il-bierah il-Hamis sar BBQ ghaz-zghazagh organizzat miz-zghazagh tac-centru. Numru sabih ta' zghazagh attendew ghal dan il-BBQ fejn intwera wkoll powerpoint dwar il-festa ta' din is-sena.{Ritratti Frans Galea }
Matul din il-gimgha qed jissokta ix-xoghol fid-dar Parrokjali li tinsab fi triq l-Indipendenza. Infatti din il-gimgha qed jitpogga it-tarag ta' din d-dar biex issa wara li kien tpogga l-madum ,fadal li jitlesta ix-xoghol fuq it-toilels u l-kmamar tal-banju. Wara jibqa biss li lsiru xi aperturi. B'hekk id-dar Parrokjali tax-Xewkija tkun lesta mill-bini.{ Ritratti: Frans Galea }
Il-Logg il-gdid tal-Knisja Rotunda kif ukoll l-Istatwa gdida ta' Kristu Rxoxt kienu fuq il-midja lokali f'dawn l-ahhar jiem. Infatti il-portal maltarightnow kif ukoll il-gurnal l-orizzont kellhom artikli dwar dawn iz-zewgt progetti li saru fir-Rotunda tax-Xewkija. Dawn ir-rapporti kienu wkoll akkumpanjati min ritratti.