Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Jasal l-istained glass ix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
May 31, 2008 at 10:24 PM

Illum fid-9.00am waslet il-kaxxa li fiha kien hemm l-istained glass tal-logg tal- knisja Rotunda. Ghall-habta tas-1.30pm bdiet tinfetah il-kaxxa minn Teddie Mizzi u Donald Camilleri fil-prezenza ta' Dun Gorg Mercieca u xi nies ohra. Issa mistenni li jsir kuntatt mal-kumpanija Domus Dei gewwa l-Italja biex fi ftit tal-granet ohra jigu teknici taljani halli iwwahluhom fil-post.

logg31508

 Il-kaxxa bil-hgieg tal-logg

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 31, 2008 at 10:51 PM )
Read more...
Lesti biex johorgu PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
May 31, 2008 at 06:29 PM

Illum il-crew ta' Xewkija.net zar il-mahzen ta' l-armar fejn kienu ghadhom kif tlestew l-ahhar xoghlijiet fuq it-trofej tal-pjazza. Li jonqos biss hu li tasal il-gurnata li jinhargu. Sadanittant f'hafna mit-toroq tax-Xewkija nistghu naraw hafna mill-antarjoli li diga qeghdin f'posthom.  Intramaw ukoll xi pavaljuni tad-dawl.

trofej31508

 It-trofej il-godda lesti

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 01, 2008 at 12:10 PM )
Read more...
Ahbarijiet mill-Awstralja PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Contributed by Jesmond Attard   
May 31, 2008 at 07:23 AM

Insellmilkom,

Hbieb, jien Jesmond Attard minn gewwa l-Awstralja li ser nibghat dawn l-ahbarijiet. Nhar il-Hamis li ghadda l-kumitat ta' l-armar iltaqa' biex jiddiskuti meta ser isir l-armar tal-festa li ssir gewwa St Albans f'Melbourne. L-armar ser jibda jintrama s-Sibt 14 ta' Gunju  u jitqassam fi-tlett ijiem . Is-Sibt jintrama barra fit-toroq,  l-Erbgha tintrama l-knisja minn gewwa u l-Hamis jitkompla jitlesta barra. Sar ukoll meeting biex naraw kemm ser ikollna nies ghall-ballu li jsir lejlet il-festa, milli jidher ser jkun hemm numru sabih ta' nies. Jien minn naha tieghi nkompli ninfurmakom b'dak li qed isir gewwa Melbourne l' Awstralija.

Insellmilkom
Jesmond Attard.

 

 image01[1]

  Pavaljun tad-dawl gewwa l-Awstralja

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:40 PM )
Read more...
Jasal il-logg tar-Rotunda mill-Italja PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Claudio Vella   
May 31, 2008 at 12:13 AM

 

 RICOSTRUZIONE VETRATA MALTA_thumb

Ritratt tal-logg il-gdid tal-Knisja Rotunda
Ikklikkja fuq ir-ritratt biex tkabbar.
 

Il-logg ta' l-'istained glass' tal-knisja Rotunda tax-Xewkija wasal bl-ajru mill-Italja f'dawn l-ahhar sieghat u mistenni li ghada jasal ix-Xewkija fejn imbaghad jigi iccekjat ghal xi hsarat. Il-gimgha d-diehla imbaghad jigu t- teknici mill-Italja halli jpogguh f'postu. Xewkija.net irceviet ritratt ta' dan il-logg u qieghda twassalulkom grazzi ghal kooperazzjoni ta' l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca. Il-logg inhadem mill-fabbrika Domus Dei ta' Ruma fuq disinn tal-Kav. Paul Camilleri Cauchi. Dan il-logg ser jitqieghed fuq il-bieb il-kbir. Il-logg juri l-Glorja ta' San Gwann Battista. Id-disinn tal-logg finali kien zviluppat fuq l-abbozz originali li kien esebit ghal l-ewwel darba fil-festa ta' San Gwann tas-sena l-ohra.

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 07, 2015 at 07:12 PM )
Read more...
Is-Seba' Hamis ta' San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
May 30, 2008 at 05:37 AM

Il-bierah kien iccelebrat is-seba' Hamis bi preparazzjoni ghall-festa ta' San Gwann Battista, li din is-sena ser tigi ccelebrata fit-22 ta' Gunju fix-Xewkija. Fil-knisja Rotunda saret koncelebrazzjoni solenni minn Dun Mikiel Xuereb flimkien ma' sacerdoti ohra Xewkin. Fil-priedka Dun Mikiel tkellem dwar San Gwann u San Pawl u l-kobor ta' dawn iz-zewg qaddisin.

SaintJohn 

 San Gwann Battista

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 30, 2008 at 10:41 PM )
Read more...
<< Start < Previous 281 282 283 284 285 286 287 288 289 290 Next > End >>

Results 2548 - 2556 of 2623
Saturday, 20 th April 2024
06:02 
A+ | A- | Reset