Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
May 16, 2008 at 10:19 PM

 Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali se jorganizza ghal sena ohra diversi korsijiet ghat-tfal matul ix-xhur tas-sajf.  It-tfal kollha jistghu jattendu ghal dawn il-korsijiet, kemm dawk li jattendu l-iskola primarja tax-Xewkija, kif ukoll dawk li jattendu fi skejjel ohra primarji, .

Il-korsijiet huma dawn:

1.  Skola Sajf 2008:  din hi miftuha ghat-tfal li qeghdin jattendu l-Year 4, Year 5, Year 6.  Hawn it-tfal jitghallmu jaghmlu oggetti bl-idejn u crafts.  Skola Sajf tibda mill-14 ta' Lulju, 2008 u tispicca fil-5 ta' Settembru, 2008.  Skola Sajf tkun miftuha l-gimgha kollha, mit-Tnejn sal-Gimgha u tibda fid-9.00am u tispicca f'12.00pm.  Irid isir hlas darba biss ta' 11.50 euro (Lm4.94) li jkopri l-ispejjez tal-materjal uzat.  Kull min hu nteressat, ghandu jmur l-iskola primarja tax-Xewkija, matul il-hinijiet ta' l-ufficcju, sa nhar il-Gimgha, 6 ta' Gunju.

 

2.  Klabb Sajf 2008:  Dan il-kors huwa miftuh ghat-tfal tal-Year 2 u Year 3 kemm ghat-tfal li jattendu l-iskola primarja tax-Xewkija, kif ukoll ohrajn li jattendu skejjel ohra. Dan il-kors jiffoka fuq story telling bl-uzu tal-pupi, role playing u attivitajiet ohra relatati mal-qari.  Klabb Sajf ikun miftuh mit-Tnejn sal-Hamis, minbarra l-Gimgha, mid-9.00am sa 12.00pm. Irid isir hlas ta' 11.50 euro (Lm4.94) darba biss biex ikopri l-materjal uzat.  Kull min hu nteressat, ghandu jmur l-iskola primarja tax-Xewkija, matul il-hinijiet ta' l-ufficcju, sa nhar il-Gimgha, 6 ta' Gunju.

 

F'kaz ta' diffikulta tistghu ccemplu l-iskola fuq 2155 6341 jew mobile 79067215.

Mr Saviour Tabone
Head of School Soil Street,
Xewkija, XWK 9034
Web: http://schoolnet.gov.mt/xewkija
E-mail:

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:42 PM )
Attivita Shiha Miz- Zghazagh Xewkin Ghal-festa PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
May 16, 2008 at 12:35 PM

Bhalissa fil-kazin tal-Banda Prekursur iz-zghazagh Xewkin ghaddejin b'hidma kbira bi preparazzjoni ghall-festa ta' din is-sena. Xewkija.net din il-gimgha zorna il-mahzen fejn jiltaqghu dawn iz-zghazagh u stajna naraw attivita' shiha. Ta' min jghid li nhar is-Sibt 24 ta' Mejju  ser jigi organizzat B.B.Q. kbir Mgarr ix-Xini fejn ser jigi muri fuq screen kbir il-Eurovision Song Festival.


zghazagh16509
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 17, 2008 at 07:09 AM )
Read more...
Xewkija Tigers Under 16 Jirbhu t-tazza Joe Portelli Projects PDF Print E-mail
User Rating: / 3
Written by Frans Galea   
May 15, 2008 at 09:44 PM

Ftit tal-hin ilu fil-Gozo Stadium intemmet il-finali tat-tazza ''Joe Portelli Projects''  Under 16 bejn Xewkija Tigers u S. K. Victortia Wanderers. Il-loghba, li kienet wahda bilancjata hafna, intemmet 2-1 favur it-Tigers. Kienu Xewkija li fethu l-iskor wara minuta loghob b'gol ta' Jurgen Attard biex imbaghad lejn tmiem l-ewwel taqsima il-Wanderers gabu id-draw. Imbaghad fit-tieni taqsima il-loghob baqa' bilancjat biex, meta deher li l-loghba ser tmur ghal-hin barrani, xutt ta' Jurgen Attard ta' ir-rebha lit-Tigers fost il-ferh tas-supporters numeruzi Xewkin. Ic-celebrazzjonijiet komplew wara l-loghba fil-Club tax-Xewkija Tigers fi Pjazza San Gwann Battista.

 xewkijatigersu16

 Xewkija Tigers Under 16 KO Winners

 Ritratti ta' Philip Cassar

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 03, 2008 at 12:39 PM )
Read more...
Il-Hames Hamis Ta' San Gwann PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 15, 2008 at 09:27 PM

Illum il-Hamis 15 ta' Mejju gie ccelebrat il-Hames Hamis ta' San Gwann. Fil-Knisja Rotunda saret  koncelebrazzjoni solenni li fiha l-Kappilan Fr. Edward Xuereb ghamel il-priedka fuq il-Battista. Numru sabih ta'  Xewkin hadu sehem f'din il-quddiesa.

 8-8.19.18.txt_1[1]
 Kappilan Fr. Edward Xuereb

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 17, 2008 at 08:21 AM )
Program Mill-Aljievi Tal-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
May 14, 2008 at 09:33 PM

Il-bierah it-Tlieta fis-sala Zakkarija Cilia tal-kazin tal-Banda Prekursur sar program muzikali mill-aljievi ta' l-istess banda biex jigi mfakkar gheluq id- 79 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Prekursur. L-aljievi kienu taht id-direzzjoni tas-surmastrijiet Mark Gauci u Marvic Grech. Numru sabih ta nies fosthom hafna genituri attendew ghal dan il-program u kullhadd fahhar ix-xoghol li sar kemm mill-aljievi kif ukoll mill-ghalliema taghhom. Wara l-program saret bibita ghal dawk prezenti fosthom is-sindku tax-Xewkija Dr. Monika Vella u l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca.

programaljievin1(2)
 L-aljievi ma l-ghalliema taghhom
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 18, 2008 at 09:38 PM )
Read more...
<< Start < Previous 281 282 283 284 285 286 287 288 289 290 Next > End >>

Results 2575 - 2583 of 2623
Thursday, 28 th March 2024
10:02 
A+ | A- | Reset