Home arrow News
News - Ahbarijiet Relatati Max-Xewkija

Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.



Xoghol Kbir Fil-Kazin Tal-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 2
Written by Frans Galea   
May 12, 2008 at 12:36 PM

Ghal dawn l-ahhar gimghat kien ghaddej xoghol kbir fuq is-sular ta' isfel tal-Kazin tal-Banda Prekursur tax-Xewkija. Infatti nistghu nghidu li l-bar flimkien mal-kmamar l-ohra inghataw dehra gdida, fejn gie mibdul il-madum kif ukoll inbidel il-Bar u anke sar xoghol iehor fost l-ohrajn fit-Toilets. Hu mistenni li ix-xoghol ikun lest fi ftit taz-zmien iehor biex jizzanzan ghal-Festa ta' San Gwann.

bandabarra2

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 12, 2008 at 08:06 PM )
Read more...
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Claudio Vella   
May 12, 2008 at 03:37 AM

 
 
Nhar il-Hamis, 22 ta' Mejju, fid-9am, l-iskola primarja Rosa Magro, tax-Xewkija, fi hdan il-Kullegg ta' Ghawdex se torganizza Coffee Morning fl-okkazjoni ta' Jum l-Omm.  Il-klassijiet kollha se jtellghu item fuq il-palk.  Barra li tkun qed tghinu lill-iskola, tkunu qed tiehdu pjacir. Il-biljetti jinkisbu minghand il-membri tal-Kunsill Skolastiku jew billi ccemplu l-iskola: 21556341 jew 79067215.

Kull min se jattendi ghall-coffee morning se jinaghta rigal ta' l-okkazjoni.

Grazzi bil-quddiem ta' l-ghajnuna.  

Tislijiet

S.Tabone

Kap ta’ l-Iskola.

Rosa Magro Primary School 
Xewkija, Gozo.
Helpdesk: 2155 6341
E-mail: xewkija.primary.c @gov.mt
Website: http://schoolnet.gov.mt/xewkija

mugskolarozamagro

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:43 PM )
Read more...
Xewkija Tigers Under 16 Fil-Finali Tan-K. O. PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 11, 2008 at 10:28 PM

It-team ta' taht is-sittax il-sena tax-Xewkija Tigers il-bierah, is-Sibt kiseb post fil-finali tan-K.O. meta gheleb lill-Oratery Youths 3-2 fis-semi finali. Il-loghba, li kienet wahda bilancjata hafna intlabet f'xita kontinwa fil-Gozo Stadium. Nistghu nghidu li z-zghazagh Xewkin taw wirja qalbenieja tant li irkupraw zewgt gols zvantag, kif ukoll tilfu penalty fl-ewwel taqsima. Il-gols tat-Tigers waslu min Carton Mifsud u Rodney Butigieg [2]. Issa fil-finali li ser tintlab nhar il-Hamis 15  ta' Mejju fis-7.30p.m. , it-Tigers jiltaqghu kontra S.K. Victoria Wanderers.

football1

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 16, 2008 at 09:50 PM )
Read more...
Country Night u Ikla Fid-Downton Restaurant PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 10, 2008 at 01:50 PM

Il-bierah il-Gimgha 9 ta' Mejju saret l-ikla u l-country night  b' risq in-nar tal-festa ta' din is-sena fid-Downtown Restaurant Victoria. Numru sabih ta dilettanti tal-muzika country attendew ghal-din is-serata li ghalija kienet mistidna l-kantanta tal-country Marisa D'Amato flimkien maz-zeffiena taghha. Xewkija.net konna wkoll ghal din l-ikla u hadna wkoll xi ritratti.

countrynight%202
 Marisa D'Amato flimkien maz-zeffiena taghha

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 11, 2008 at 09:00 AM )
Read more...
L-Arcipriet Jasal Lura mill-Canada PDF Print E-mail
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
May 10, 2008 at 10:13 AM

Tard il-bierah, il-Gimgha 9 ta' Mejju wasal lura Malta l-Arciepriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, fejn kien ilu hemm ghal gimgha. Matul din il- gimgha huwa ha sehem fil-festi li saru biex iffakru l-erbghin anniversarju tas-sacerdot Xewki Fr. Alfred Grima. Ghal-dawn il-festi kien prezennti wkoll l-Isqof t' Ghawdex Mons. Mario Grech flimkien mas-segretarju tieghu Dun Eddie Zammit. Mons. Arcipriet qalilna mal-wasla tieghu,  li kien hemm festi sbieh u hu  baqa mpresjonat bir-rispett li jgawdi Fr. Alfred f'Toronto.

DunAlfredGrimaArcCMercieca

 L-Arcipriet flimkien ma Fr. Alfred Grima

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( May 11, 2008 at 07:29 PM )
Read more...
<< Start < Previous 281 282 283 284 285 286 287 288 289 290 Next > End >>

Results 2584 - 2592 of 2623
Thursday, 28 th March 2024
16:37 
A+ | A- | Reset