Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
|
Country Night U Ikla B'Risq In-Nar Tal-Festa |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 05, 2008 at 12:39 PM |
Nhar il-Gimgha 9 ta' Mejju 2008 ser jsir Country Night u Ikla kbira fid- ''Down Town Hotel'' Victoria b'risq in-nar tal-festa ta' din is-sena. Bhala mistiedna specjali ser ikun hemm il-kantanta tal-country Marisa D'Amato. Hu mistenni li jattendu bosta nies b'mod specjali dawk dilettanti tal-muzika country. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 05, 2008 at 10:18 PM )
|
|
Avvizi - Kullegg ta' Ghawdex, Primarja Xewkija - Newsletter |
|
|
|
Written by Claudio Vella
|
May 04, 2008 at 03:27 PM |
Ezamijiet Junior Lyceum: It-Tnejn, 5 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju. L-iskola tibda fil-10.45am It-Tlieta, 6 ta’ Mejju: Tahdita ghall-genituri tat-tfal tal-Year 5 mill-OASI. Hin: 1pm. Tonqsux!Id-Dental Hygienist se jkellem lit-tfal tal- Yr 1 u Yr 4. It-tfal tal-Yr 2 se jkollhom mumenti ta’ qari fil-librerija tal-Kunsill. Tpingijiet Red Cross: L-Erbgha, 7 ta’ Mejju jingabru t-tpingijiet ghall-kompetizzjoni tar-Red Cross. Book Fair u Plant Fair: Fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm, min-nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju sal-Gimgha, 9 ta’ Mejju, fl-iskola se jkollna dawn il-fieri biex it-tfal ikunu jistghu jixtru xi haga zghira lill-ommhom, zija, nanna, ohthom… permezz ta’ din in-nota, nixtiequ lill-OMMIJIET KOLLHA l-festa t-Tajba Klabb Sajf: Infethu l-applikazzjoni ghal Klabb Sajf. Dan ikun tliet darbiet fil-gimgha. Kull min hu nteressat ikellem lil Ms. Mariella Grech. Skola Sajf: L-applikazzjoni ghal SkolaSajf 2008 issa miftuha. Isir hlas ta’ €11.50 (Lm4.94). Dawn isiru ghall-Klassijiet tal-Year 4,5 u 6 minn studenti universitarji. Mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn id-9am u 12.00pm. Huwa mument tajjeb biex l-istudenti taghna ma jitghazznux fis-sajf. Jibda fl-14 ta’ Lulju sal-5 ta’ Settembru. Ghal aktar dettalji, kellmu lil Mr Tabone. Kindergarten: Il-Kap ta’ l-Iskola Primarja ‘Rosa Magro’ fix-Xewkija fi hdan il-Kullegg ta’ Ghawdex, jixtieq javza lil dawk il-genituri li uliedhom twieldu bejn Mejju 2005 u April 2006 u li behsiebhom jidhlu fil-kindergarten , biex imorru jiktbuhom l-iskola sa nhar il-Gimgha, 9 ta’ Mejju. Il-genituri huma mitluba jiehdu maghhom ic-certifikat tat-twelid tat-tifel/tifla u l-ktieb tat-tilqim. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Dec 10, 2008 at 10:43 PM )
|
|
Written by Frans Galea
|
May 04, 2008 at 09:51 AM |
Llum il-Hadd 4 ta' Mejju 2008 jigu fi tmiemhom l-attivitajiet tal-Gozo1234. Dal-ghodu fix-Xewkija qed tittela wirja ta' hafna affarijiet fosthom muturi u vetturi antiki, karettuni, u affarijiet ohra. Bosta maltin, turisti kif ukoll ghawdxin qed izzuru din il-wirja li qed tittela mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Xewkija.net ftit tal-hin ilu kien fi Pjazza San Gwann Battista minn fejn hadna dawn ir-ritratti. Ghal iktar ritratti ikklikja fuq 'Read More....' Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 05, 2008 at 06:28 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
May 03, 2008 at 08:59 PM |
Illum komplew ghaddejin l-attivitajiet marbuta mal Gozo1234 gewwa Ghawdex. Fix-Xewkija hawn diversi wirjiet miftuha fosthom wahda tal-pittura fil-Gourgion Art Gallery fejn wiehed jista jara wirja ta pittura moderna mill-artist Mario Cassar. Xewkija.net illum zar din il-wirja fejn l-artist spejgalna dwar ix-xoghlijiet essebiti. Ghada il-Hadd ser ikun hemm wirja ta vetturi antiki u affarijiet ohra fi Pjazza San Gwann Battista. | Wahda mix-xoghlijiet essebiti | | Mario Cassar mall-Pittura Tieghu | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 04, 2008 at 05:28 AM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 281 282 283 284 285 286 287 288 289 290 Next > End >>
|
Results 2593 - 2601 of 2623 |