Merhba fuq is-sezzjoni ta' l-ahbarijiet ta' Xewkija.net. F'din is-sezzjoni se npoggu l-ahbarijiet li jinvolvu x-Xewkija.
|
Festa San Gwann Battista 2019 -Marc is-Sibt 22-6-19 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 22, 2019 at 12:54 PM |
Is-Sibt 22 ta' Gunju sar marc mill-Banda San Girgor ta’ Kercem, minn Triq Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn ghamlet Programm Muzikali fuq il-plancier taht id-direzzjoni tal-Assistent Surmast MarvinGrech. Aktar tard sar marc mill-Banda Victory tax-Xaghra, li beda minn Triq il-Mithna ghal Triq il-Hamrija. Il-Banda Prekursur inghaqdet mal-Banda Victory fi Triq il-Hamrija, li flimkien komplew b’marc brijuz minn Triq Santa Katerina u Triq il-Knisja ghal Pjazza San Gwann Battista, fejn iz-zewg banded inghaqdu bhala Massband fejn daqqew Innu Marcja popolari flimkien. Wara jntwera feature dwar id-90 Anniversarju tal-Banda Prekursur u fl-ahhar kien hemm spettaklu tan-nar minn fuq il-bjut sinkronizzata mal-muzika. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 23, 2019 at 09:55 AM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Is-Sibt 22-6-19 Translazzjoni |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 22, 2019 at 12:44 PM |
Is-Sibt 22 ta’ GunjU 2019, sar il-marc mill-Banda Prekursur minn hdejn il-kazin tal-banda ghal Pjazza San Gwann Battista, fejn hadu sehem l-emigranti Xewkin bl-istandard tal-pajjiz taghhom. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat it-Transulazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Gwann Battista mmexxija minn Mons. Gorg Mercieca flimkien akkumpanjaw il-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta’ Malta. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 22, 2019 at 12:44 PM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Il-Gimgha 21-6-2019 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 15, 2019 at 08:58 PM |
Il-Gimgha 21 ta’ Gunju 2019, sar il-marc mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, li beda minn Triq Torri Tinghi u ghadda minn Triq San Zakkarija ghal Pjazza San Gwann Battista fejn imbaghad l-istess banda ghamel Programm Muzikali taht id-direzzjoni tas-Surmast George Apap. Wara sar il-marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Ite ad Joseph tal-Qala, bl-istatwa ta’ San Hwann jghammed lil Kristu (1930). Il-marc beda minn Pjazza San Gwann Battista u tkompl ghal Triq San Zakkarija, Triq Ein Karem, Triq il-Helsien, Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina. Xhin l-Istatwa majestuza waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur flimkien mal-bandisti tal-banda Ite ad Joseph daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmulha bid-daqq tal-Innu Marcja tant popolari fost il-kant ta’ hafna Xewkin prezenti . Il-marc baqa sejjer ghal Triq il-Hamrija u Triq Indipendenza. Hawn iz-zewg baned inghadu flimkien bhala Massband. Wara l-banda Prekursur akkumpanjat l-istatwa bid-daqq tal-innu marcja tant popolari max-Xewkin minn fuq il-palk taghha flimkien mall-kant fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh u poplu Xewki, l-istatwa ttellghet fuq il-pedestall grandjuz taghha.
|
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 15, 2019 at 09:00 PM )
|
|
Il-Banda Prekursur taghmel il-marc tad-Dimostrazzjoni f' Kercem |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 14, 2019 at 06:46 PM |
Nhar il-Gimgha, it-12 ta’ Lulju 2019, il-banda Prekursur reget ippartecipat b’marc tad-dimostrazzjoni fil-festa tal-Madonna tas-Sokkors f’ Kercem, is-servizz kien marc beda minn Triq Ghajn Tuta, ghal Triq Pejpu, Triq Sarg u spicca fi Triq San Girgor flimkien banda San Girgor Ta’ Kercem. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 14, 2019 at 06:47 PM )
|
|
Festa San Gwann Battista 2019 - Il-Hamis 20-6-2019 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 11, 2019 at 12:43 PM |
Il-Hamis 20 ta’ Gunju 2019, sar il-marc grandjuz u uniku mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u l-Banda San Guzepp ta’ Ghajnsielem, li beda minn hdejn il-kappella tal-hniena fi Triq San Bert, ghall-Pjazza San Gwann Battista. Hawn intwera feature dokumentarju dwar il-kappillani, arciprieti u persuni fl-istorja tal-parrocca tax-Xewkija. Imbaghad il-marc spicca fi Triq San Zakkarija fejn l-istatwa ta’ San Gwann iz-zghir (1945) ittella’ fuq pedestall gdid mahdum mill-Ghaqda tal-Armar Xewkija, fost il-briju grandjuz ta hafna zghazagh Xewkin. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 11, 2019 at 12:46 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>
|
Results 100 - 108 of 2623 |