Home arrow Poeziji arrow F’gheluq l-10 snin mill-Ftuh ta’ Radju Prekursur
F’gheluq l-10 snin mill-Ftuh ta’ Radju Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 02, 2009 at 08:19 PM

Poezija miktuba (2007) minn Mario Borg
biex tfakkar l-10 Anniversarju
mill-Ftuh ta' Radju Prekursur
Gunju 1997-Gunju 2007

 ScreenHunter_030

Il-hsieb, hu bhal zerriegha, li il-bidwi,
iferrex qalb it-trab ta’ l-art hamran,
u jiehu hsiebha, jsaqqi u jindokra,
sabiex maz-zmien tatih il-frott kotran.

Mercieca Dun Karm hsieb bhal dan mar jizra’,
tar-rahal tax-Xewkija l-arcipriet,
kull m’hawn madwar, xi darba fil-mohh kienu
f’ ta’ minn fassalhom, biss ftit hsibijiet.

Kien dan iz-zmien, li ahna qed insemmu,
il-hames xahar tas-sena sewwa sew,
sebgha w disghin is-snin tas-seklu l-iehor,
iss’ ghaxar snin minn dak il-jum ghaddew.

U dan il-hsieb fi qlub ghammiela waqa’,
u marru dawn il-hsieb ikkultivaw,
Ivan Farrugia w Joseph Xuereb fehmu,
li ix-Xewkin fil qrib gid ghad jaraw.

U fehmu wkoll li l-piz li ghalih dahlu,
hafif ma kienx u x-xoghol mitlub kien kbir,
‘mma rieda kienet aqwa u ferm ishah,
u meta dan ikun, kull xoghol isir.

U bhal ma dejjem lissen l-gharef Malti,
li l-mistoqsija twassal ghal gherf shih,
inhasset sew il-htiega ghall-ghajnuna,
u lilhom giet moghtija minnufih.

Kemm Dun Eddie Zammit u Attard Victor,
it-tnejn imharrga sewwa fix-xandir.
ma Joseph, ma Ivan tkellmu mhux darba
dwar dak li kien mehtieg, taw il-parir.

U Mejju ntemm u beda x-xahar ta’ Gunju,
u kienet ta’ San Gwann il-festa qrib,
u ntbaghtet formalment applikazzjoni,
biex Radju Prekursur permess igib,

u jibda gewwa d-djar dak lehnu jwassal,
u ferh bla qis igib fil-qlub Xewkin,
hadd aktar issa zgur ma jhossu wahdu,
l-anzjani, l-morda minnu milhuqin.

Kien kbir il-ferh kif il-permess inqala’
u bdew mill-knisja l-ewwel thejjijiet,
is-sala dik ta’ fuq is-sagristija,
giet mghammra biex jibdew ix-xandiriet.

U sebah l-erbatax il-jum ta’ Gunju,
u gewwa d-djar Xewkin tal-boghod tal-qrib,
dik l-ewwel skeda bdiet titwassal lilhom,
kull Xewki hdejn ir-radju kont issib.

Disgha w disghin punt tlieta il-frekwenza,
infethu issa berah il-bibien,
u minn fid-dar b’xi hemm ma setax johrog,
kien xorta qisu barra f’kull imkien,

W’hekk jiehu sehem f' li jsir gewwa r-Rotunda,
u jimxi ma kull marc gewwa t-triqat,
u jhoss lil Gwanni qribu hekk kif jixref
minn bieb l-knisja, fost capcip, ghajjat.

Kien zmien qasir, disa’ t’ijiem sal-festa,
li habtet sewwa sew fit-tnejn w’ghoxrin.
u regghet mill-gdid siktet il-frekwenza.
u dak is-skiet gab niket fix-Xewkin.

Ghalkemm tassew li il-frekwenza siktet,
dan ma jfissirx li x-xoghol kien waqaf hemm,
kien hemm min forsi haseb li ir-Radju
kien twieled, ghix ghal ftit u issa ntemm.

Ma kienx ta’ dan il-hsieb is-Sur Frans Galea
li gie mahtur tar-Radju direttur,
ghac-Centru Parrokjal mexxa’ l-istudio;
ghall-istazzjon kien qed jara futur.

Ghaddew il-jiem, ix-xhur u mill-gdid qorbot
il-festa ad unur il-Prekursur,
u jerga gewwa d-djar isemma’ lehnu,
ir-Radju tax-Xewkin mill-gdid imur.

U sar programm fix-xorta tieghu l-ewwel,
kuntatt minn hawn ma Melbourne tant il-boghod,
kull emigrant god-djar Xewkin instema’,
u ntrabtet l-ghaqda issa aktar sod.

U baqa’ dal-programm isir kull sena,
w’ hekk saru l-artijiet aktar vicin,
b’ tar-Radju x-xandiriet id-distakk naqas,
u gejna ma dawn hutna maghqudin.
  
U wara iz-zewg skedi nhasset htiega,
li r-Radju jkollu studio attrezzat,
u wara hafna xoghol u hafna spejjez,
fix-xhar ta' Mejju gie inawgurat.
  
Zewg kmamar gewwa c-Centru Parrokjali,
fit-tieni sular tieghu sewwa sew,
fi studio, f’librerija u f’ufficju,
ghall-uzu tax-xandir mibdula gew.

Kien issa l-istazzjon attrezzat tajjeb,
bin-numru tas-semmiegha qed jizdied,
u beda jberren hsieb sabiex ixandar,
ghall-ewwel darba fi zmien il-Milied.

Intlaqghet tajjeb ferm l-inizzjattiva,
u merhba inghatat lis-seklu l-gdid,
kien kull prezentatur ta’ l-istess fehma,
li x-xandiriet, ir-Radju ghandu jzid.

Dan wassal biex fis-snin elfejn u wahda,
ezatt fix-xahar ta’ Frar, dsatax il-jum,
inkisbet il-licenzja permanenti,
u beda l-istazzjon b’xandir kuljum.

Minn dak in-nhar lil hawn ir-Radju xandar,
programmi sbieh ghall-gosti ta’ kulhadd,
taghlim, divertiment, quddies, ruzarju;
minn fuq dan l-istazzjon ma waqfu qatt.

Kull ghaqda illi hawn fir-rahal taghna,
il-lehen taghha wasslet f’kull imkien,
dan grazzi kbir ghar-Radju tax-Xewkija,
li kompla ghaqqad lix-Xewkin flimkien.

Mhux biss lilna x-Xewkin li nghixu r-rahal,
imm’ anke l’ dawk mad-dinja imferrxin,
bil-website, bl-internet kulhadd jintlahaq,
minn jaf kemm gid ixxerred f’ghaxar snin.

Minn jaf kemm morda twennsu b’dil-frekwenza,
minn jista jghodd il-qlub li mela’ b’serh,
dan huwa l-ghan li r-Radju ghalih twaqqaf,
biex fejn jinsab il-hemm, inissel ferh.

U baqghet il-frekwenza zzid fl-impenji,
u tat servizz f’irhul’ Ghawdxin f’ghadd kbir,
fil-jum tal-festa taghhom wasslet f’darhom,
dak kollu li fil-knisja jkun isir.

Dan kollu jsehh ghaliex din il-frekwenza,
temmen tassew fil-gid ta’ kull semmiegh,
ix-xoghol hu kbir u jitlob sagrificcju,
‘mma kull prezentatur mill-qalb jaghtih.

Kien kbir tassew ix-xoghol fl-elfejn u tlieta,
kien jitlob ukoll mieghu spejjez kbar.
il-ftuh tat-tieni studjo l-okkazjoni,
biex seta’ ix-xandir isir ahjar.

Ta’ dan ringrazzjament kbir u specjali,
imur ghal tant Xewkin li fehmu sew,
li biex izzomm stazzjon tehtieg rizorsi,
li lkoll kemm huma hafna flus jiswew.

U llum ninsabu hawn ghaxar snin wara,
minn dak il-jum li fuq taghna l-bibien,
gie jhabbat ix-xandir mir-rahal taghna,
tassew hsieb ghaqli w nobli dana kien.

Ma x’hiex se nxebbah jien lir-Radju taghna,
mhux Gwanni iehor jista jitqies dan,
li gewwa x-xaghri ta’ kull qalb minn taghna,
jurina car tassew tal-hajja l-ghan.
  
Inxebbhu r-Radju jien ma pulptu iehor,
fejn minnu tista twassal tant kelmiet,
li jghallmu, jedukaw, ifarrgu, jwissu,
u jmantnu taghna r-ruh il-htigijiet.
  
Ha jkompli r-Radju taghna dan l-ghan jilhaq,
jidritta fejn mehtieg il-moghdijiet,
iwitti il-gholjiet u kull wied jimla’,
biex barka jkun ghalina mis-smewwiet.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 02, 2009 at 08:28 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
10:05 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org