BBQ Kbir mix-Xewkija Tigers f'gheluq ic-Celebrazzjonijiet tar-Rebh tal-Kampjonat |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 02, 2009 at 10:11 PM |
Nhar is-Sibt 30 ta' Mejju ghalqu c-celebrazzjonijiet mix-Xewkija Tigers wara ir-rebh tal-Kampjonat tat-Tieni Divizzjoni Ghawdxija. Fil-ghaxija quddiem il-Club sar BBQ kbir li ghalieh kienu prezzenti fuq mitt ruh fejn f'attmosfera ta' festa kullhadd kiel u ccelebra flimkien dan is-sucess mit-tim Xewki. Saru ukoll diskorsi ta' l-okkazzjoni mill-President is-Sur Jeffrey Farrugia, is-Segretarju s-Sur Joseph Attard u mis-Sur Bennie Mercieca li anke offra elf ewro bhala ghajnuna ghax-xiri tal-Club il-Gdid. Fl-ahhar il-coach Mario Bonello flimkien mal-captain Joseph Cefia u l-players kollha qassmu cake ta' l-okkazzjoni li kien gentilment moghti mis-Sur Carmel Xerri. Saret ukoll lotterija bejn dawk prezenti fi plakka kbira ta' San Gwann jghammed lil Kristu moghtija mis-Sur Hubert Saliba. [ Ritratti : Frans Galea ] | Il-Cake ta' l-okkazzjoni flimkien mat-tazzi mirbuha mit-Tigers dan l-istagun |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jun 02, 2009 at 10:49 PM )
|