Home arrow News arrow News arrow Statistici tal granet tal-festa.
Statistici tal granet tal-festa. PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Jun 29, 2009 at 10:50 PM
 

Din is-sena ix-Xewkija kellha numru kbir ta' siti elettronici godda li zdiedu ma dawk ezistenti. Iz-zewg siti godda kienu tal-Banda Prekursur (bandaprekursur.com) u s-sit tal-parrocca (xewkijaparish.org). Is-siti l-qodma li tahaw 'coverage' tal-festa kienu is-sit ta' Radju Prekursur, x-Xewkija.net kif ukoll u mhux l-inqas s-sit taz-Zghazagh Xewkin - (kxz1996.com). Il-links ghas-siti kollha tax-Xewkija qeghdin fis-sezzjoni tal-links. Ma naqsux ukoll video clips fuq il-youtube w ritratti tal-festa fuq il-facebook.

Din s-sena il-festa iccelebrata kienet wahda mill ahjar. Minkejja r-rih mhux tas-soltu li hakem fil-gurnata tal-festa, li forsi wiehed jazzarda jghid li certa affarijiet marru ahjar milli mixtieq, kollox mar tajjeb.

Ghal ewwel darba ir-rivista li titqassam ghal habta tal-festa fir-rahal tax-Xewkija - il-Gourgion, qeghda tkun online, u wiehed jista jnizzilha mis-sit ta' Radju Prekursur. Wiehed jrid jara ujistenna l-kummenti tal-vizitaturi biex wiehed jara jekk r-rivista online lahqetx il-ghan taghha, sa issa ma kellna l-ebda kumment rigward dan il-fatt, u hawnhekk nheggu lil dawk kollha li jixtiequ jergghu jaraw ir-rivista online s-sena d-diehla, biex jibghatu s-suggerimenti u kummenti taghhom.

Ghawnhekk wiehed jirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor tahaw sehemhom biex din ir-rivista setghet titwassal, rivista li dejjem tkun ahjar min sena ghal ohra.

Statsitici ta' semmiegha min fuq l-internet.

F'dawn il-granet tal-festa kien hemm 724 li f'xi hin semghu r-radju min fuq l-internet, li 276 kienu semmiegha unici. L-iktar ammont ta vizitaturi kif kien mistenni kien l-Hadd u kien ta' 172. L-akbar ammont ta' semmiegha kien mill Awstrajla, mbghad mill-Amerika, wara Malta, l-Ingilterra, l-Canada u Franza rispettivament.

Statistici ta segwaci tas-sit Xewkija.net

F'Gunju il-visitaturi kienu 6179 filwaqt li 2075 kienu unici. L-akbar ammont ta' vizitaturi kien fit-22 ta'Gunju. L-akbar ammont ta' visitaturi jkunu min Malta, Awstralja, Amerika, Canada, Ingilterra, Germanja, Ukraina, Unjoni Ewropea, Italja u Brazil rispettivament. L-akbar ammont ta' vizitaturi kienu fil-pagna principali w wara l-kalendarju ta' l-avvenimenti u l-guestbook rispetivament. Is-sit serva 98000 pagna tul Gunju lil vizitaturi (dan l-ammont ma jinkludix search engines, robots etc). L-aktar search engines li iddirezzjonaw il-vizitaturi kienu il-Google u wara l-Yahoo, filwaqt li l-aktar kelma li ntuzat fit tfitxija kienet il-kelma Xewkija. Il-video clip tad-dhul ta' l-istatwa gie muri 268 darba, filwaqt li l-messagg ta' l-Arcipriet lil emigranti ntwera 133 darba. Fil-group Xewkija  tal-facebook dahlu membri 129.

Statistici ta' segwaci tas-sit Radjuprekursur.com

Ghal Gunju l-ammont ta' vizitaturi kien ta' 3407, waqt li l-vizitaturi unici kienu ta' 1606, bis-sit iservi 58476 pagna. L-akbar ammont ta' vizitaturi kien fil 21 ta' Gunju. Il-vizitaturi jkunu min Malta, Amerika, Awstralja, Ingilterra, Canada, Russja w Germanja rispettivament. L-aktar search engines li iddirezzjonaw vizitaturi jkunu l-Google u l-Yahoo, b' 93% u 3% rispettivament. L-aktar kliem imfitxxija jkunu prekursur, radju w Xewkija. Ir-rivista Gourgion giet imnizzla 75 darba, u l-aktar pagni populari kienu l-pagna principali w ir-ritratti tal-Hadd Filghodu u wara r-ritratti tal-Hadd Filghaxija.

Din is-sena l-kummenti fil-guestbook u fl-emails mqabbel mas-snin l-imghoddija naqas drastikament, wiehed ghawnhekk iheggeg lis-segwaci ta' dawn is-siti biex jibghatu l-kummenti w s-suggerimenti taghom.

Fl-ahharnet nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod qed jaghtu kontribut lis-siti li ghandna fix-Xewkija u nawguralhom li jkomplu jaggornaw dawn is-siti tant importanti ghal-poplu li jghix ix-Xewkija kemm ukoll ghal emigranti Xewkin. 

 
 
User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
13:01 
A+ | A- | Reset