Home arrow News arrow Sports arrow Xewkija Tigers jibdew il-preparamenti ghal-istagun 2009/10
Xewkija Tigers jibdew il-preparamenti ghal-istagun 2009/10 PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Aug 13, 2009 at 06:52 AM

      Dawn l-ahhar jiem it-tim tax-Xewkija Tigers fetah ufficjalment l-istagun 2009/10 meta nhar il-Gimgha 7 t'Awissu saret laqgha ghall-plejers kollha tax-Xewkija. Il-laqgha kienet indirizzata mill-coach Mario Bonello u l-president Jeffrey Farrugia. Prezenti wkoll kien hemm is-segretarju Joseph Attard u membri ohra tal-kumitat. Il-coach Bonello spjega li dan l-istagun it-tim ser ikollu sfida kbira u qal li qed jaspira li jikseb post mal-ewwel erbgha fil-klassifika. Anke l-president fisser li minkejja l-hlasijiet li l-club irrid jaghmel fuq il-post il-gdid tat-Tigers , il-kumitat qed jipprova biex fil-limitazzjonijiet tieghu jgib plejers barranin ta' kwalita u li verament ikunu ta' ghajnuna ghat-tim. Sadanitant l-ewwel loghba kompetittiva ghat-Tigers ser tkun kontra SK Victoria Wanderers fit-tazza Indipendenza. L-ewwel loghba tal-kampjonat ser tkun kontra Nadur Y. fl-20 ta' Settembru.[ Ritratti: Jason Attard ]

 pm1

 Mario Bonello jkellem lil Plejers

 

 
pm2
 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 13, 2009 at 09:07 PM )
<Previous   Next>
Friday, 3 rd May 2024
05:29 
A+ | A- | Reset