Home arrow Poeziji arrow Lill-Kbir Qaddis Prekursur ta' Kristu Giovanni Battista
Lill-Kbir Qaddis Prekursur ta' Kristu Giovanni Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 26, 2009 at 04:45 PM

Poezija ta' Roza Magro
Miktuba fit-8 ta' Gunju 1965

 johnbaptisthead

Wasal fl-ahhar il-jum hieni
Mixtieq minna x-Xewkin
Festa kbira lil Govanni
Lestejnielu herqanin.

X'ferh u hena ggib maghha
Dil-gurnata tax-Xewkin
Inqimuk O kbir Govanni
Kbar u zghar, ghonja w fqajrin.

U min hu dal-bniedem qawwi
Li l-Kbir Alla jaghzel mar
Sabiex t'Ibnu l-migja Mqaddsa
Bl-akbar ferh jaghti l-ahbar.

Xbiha kien minn tal-Messija
Mit-twelid sal-mewt f'kull zmien
Kif triduni huti mela
Ma nfahhrux u nqimu jien.

Qaddis twieled minn Zabbetta
Fi xjuhitek b'ghageb kbir
Penitenzi sawm u hidma
Hajtu kienet bla tnikkir.

Dik il-hajja hekk qaddisa
Spicca dlonk bi qtigh ir-ras
Bniedem Anglu ghal gos-sema
Tar fejn sthoqqlu jiehu l-hlas.

Il-fuq hares poplu Xewki
U hemm tilmah lill-Patrun
B'glorja kbira w dija mzejjen
Xempju tieghek qis li jkun.

Theggeg iktar biex tlestilu
Post mill-isbah fuq din l-art
Tempju sbejjah, unur tieghu
Deheb u fided xemgha w ward.

Insellimlek minn qiegh qalbi
Kbir Govanni ieqaf maghna
Taht il-mant tal-gild minn tieghek
Istor int id-dnubiet taghna.

Lilna wassal gewwa l-genna
Xewqitna aqta' li narawk hemm
B'sebghek turi l-Haruf t'Alla
Li fdiena b'carcir tad-demm.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 26, 2009 at 04:47 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:17 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org