Home arrow News arrow News arrow Ix-Xewkija matul il-Gozo1234
Ix-Xewkija matul il-Gozo1234 PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Apr 29, 2008 at 10:42 PM

29-15.42.27.txt_2

Matul l-ewwel granet ta’ Mejju f’Ghawdex qed jigi organizzat avveniment specjali msejjah Gozo1234 fejn matulu ser jittellghu attivitajiet fi 13 il-rahal madwar il-gzira Ghawdxija.  

    Il-Kunsill Lokali tax-Xewkija qed jikkoordina l-attivitajiet li ser jittellghu fir-rahal taghna matul dawn il-granet. Fost l-attivitajiet marbutin mar-rahal taghna, insemmu diversi wirjiet li ser jittellghu minn artisti Xewkin. Mario Cassar ser ikollu wirja ta’ pitturi fil-Gourgion Art Gallery, filwaqt li bosta pitturi ta’ Paul Falzon ser jkunu ghall-wiri f’wirja li qed tittella’ fic-Centru Parrokkjali tax-Xewkija. Hubert Saliba ser itella’ wirja ta’ skultura fl-istess Centru Parrokkjali. Fl-iskola primarja Roza Magro tax-Xewkija il-wirja li qed tittella’ fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju mit-twaqqif ta’ l-iskola ser tkun ukoll miftuha ghall-pubbliku matul dawn il-granet.  
   

 Il-Knisja Rotunda tax-Xewkija, Sede Spiritwali tal-Kavallieri ta’ Malta ser tkun ukoll miftuha ghal pubbliku, b’tours kull siegha madwar il-Knisja u fil-Muzew ta’ l-Iskultura. Kull min jixtieq ser ikun jista’ jitla’ fuq il-bejt tal-Knisja biex igawdi d-dehra ta’ Ghawdex minn dak l-gholi. L-Ghaqda ta’ l-Armar tax-Xewkija ser tiftah ukoll il-bibien taghha biex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi ix-xoghol li ghaddej fuq l-armar tal-festa.
    
    Ix-Xewkija Tigers F.C. ser jorganizzaw tournament, nhar il-Hamis 1 ta’ Mejju fil-ground tat-turf sintetiku fl-iskola primarja Roza Magro. L-Ghaqda Drammatika Xewkija fl-1 ta’ Mejju ser ttella’ ghal darba ohra l-kummiedja ‘It-Tieg ta’ Karmena Abdilla’.
    
    Il-Farm Esperimentali li jinsab fix-Xewkija wkoll ser ikun miftuh ghall-pubbliku, li ser ikun jista’ jsegwi mill-qrib kif isir certu xoghol tal-biedja. Diversi entitajiet fil-kumpless tal-Ko-operattiva Gozitano wkoll ser joffru opportinita lill-pubbliku biex isegwi x-xoghol li jsir. Fost dawn insemmu l-Gozitano Co-operative Grading Centre, Casa Funghi u l-Gozo Cottage. Is-Savina Creativity Centre ser itella’ diversi workshops dwar il-produzzjoni ta’ ikel tradizzjonali.
    
    Is-Sibt 3 ta’ Mejju, il-GMCA (Gozo Model Car Association) ser torganizza il-Gozo 1234 Off-road Model Car Race fit-Track tal-GMCA fix-Xewkija. Il-Hadd, 4 ta’ Mejju fil-Pjazza San Gwann Battista ser jittellghu diversi wirjiet fosthom ta’ mudelli ta’ knejjes, parcmina, u mudelli tat-tafal, u oggetti ohra tradizzjonali. Ser tittella’ wirja ta’ karettuni, karozzini u karozella tradizzjonali, kif ukoll ta’ vetturi u muturi antiki kemm militari kif ukoll civili. Matul dawn il-wirjiet ta’ arti u tradizzjonijiet ser ikun hemm ukoll muzika tradizzjonali.

 

29-15.42.27.txt_2

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 06, 2008 at 02:38 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
07:59 
A+ | A- | Reset