Home arrow News arrow News arrow Jirrankaw il-provi ghal-Ingassa 2
Jirrankaw il-provi ghal-Ingassa 2 PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Oct 16, 2009 at 06:16 PM

       L-Ghaqda Drammatika Xewkija,  bhalissa ghaddejja b'hidma kbira ghal dramm kolossali iehor  L-Ingassa 2 - Ir-realta` Mtappna. 
 
 Wara s-success li kisbet l-ewwel parti ta' din il-grajja, f'Mejju li ghadda l-ghaqda bdiet tahdem fuq it-tieni parti ta' din l-istorja, biex b'hekk f'Novembru li gej twassal it-tieni parti.  Ta' min ifakkar li din hija produzzjoni originali ta' l-istess ghaqda.  Id-direzzjoni tinsab f'idejn Marita Caruana, li qeghda tiehu hsieb l-acting ta' din il-produzzjoni.  Bhalissa ghaddejja hidma kbir mil-atturi tal-ghaqda, li qed jiltaqghu b'mod regolari hafna ghall-provi.  Beda x-xoghol ukoll fuq il-bini tax-xenarju, fejn bhal l-ahhar zewg produzzjoni precedenti ser ikun hemm xi xenarju gdid, xenarju li ser jigi ghal darba ohra afdat fl-idejn l-artist Xewki Paul Falzon.  Zuru is-sit www.teatrugovanni.org  ghal iktar informazzjoni u l-ahhar aggornamenti dwar din il produzzjoni.
 
         L-Ingassa 2 ser tkun produzzjoni mimlija bl-aktar azzjonijiet u intricci, mimlija emozzjoni, produzzjoni li zgur ghandha tintlaqa tajjeb mil-udjenza.  Titilfux li taraw din il-produzzjoni li mistennija tkun wahda ta success kif kienu dawk precedenti,  nhar il-Hadd 15 ta' Novembru fis-6.00pm  u s-Sibt 21 ta' Novembru fis-7.30pm.[ Informazzjoni u Ritratti: Charles Borg ]

in1

 Il-Poster tad-Dramm

 

 in2
 in3


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Oct 22, 2009 at 08:01 PM )
<Previous   Next>
Monday, 29 th April 2024
10:24 
A+ | A- | Reset