Home arrow News arrow News arrow Serata kommemorattiva fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija 2009
Serata kommemorattiva fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija 2009 PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Nov 29, 2009 at 12:59 PM

Fl-okkazjoni ta' Jum ix- Xewkija 2009, ilbierah il-Kunsill Lokali tax-Xewkija organizza serata fl-Iskola Primarja tax-Xewkija. Il-programm kien jikkonsisti fih programm muzikali mill-Banda Prekursur, kant mill-kantanti Xewkin, qari ta' komponimenti mit-tfal tar-rahal taghna, tqassim ta' kotba lill-istudenti, ghotja ta' flus lill-Iskola Primarja tax-Xewkija u thabbira tar-rebbieh "Gieh ix-Xewkija 2009". Din is-sena l-unur ta' "Gieh ix-Xewkija" inghata lis-Sur Frans Galea, Direttur ta' Radju Prekursur.
    Din is-sena wkoll kienu mistiedna kantanti Xewkija li nterpretaw diversi kanzunetti.  Dawn kienu c-ckejkna Sarah Bonnici u l-kantanta promettenti mix-Xewkija Alessia.  Ta' min jghid ukoll li zewg siltiet milli nterpretat il-Banda Prekursur kienu taht id-direzzjoni ta' l-Assistent Surmast Mark Gauci.  Il-kantanta mix-Xewkija Marthese Borg akkumpanjat lill-Banda Prekursur waqt wahda mis-siltiet li daqqet.
    Is-Sindku Dr. Monica Vella qassmet ir-rigali kif ukoll fl-ahhar tal-programm ghamlet diskors ta' l-okkazjoni. Fost il-mistiedna distinti kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said u l membru parlamentai Dr. Justine Caruana. [ Ritratti: Joseph Xuereb u Sharlon Butigieg. Video clip : Shalon Butigieg u Stefan Bugeja ]

jix 091

 Is-Sindku Dr. Monica Vella
taghmel d-diskors ta' l-okkazzjoni


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 29, 2009 at 10:30 PM )
<Previous   Next>
Monday, 29 th April 2024
10:03 
A+ | A- | Reset