Home arrow News arrow Skola arrow Skola arrow Kunsill Lokali tat-Tfal fix-Xewkija
Kunsill Lokali tat-Tfal fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Dec 02, 2009 at 06:14 AM

 Fl-okkazjoni ta' Jum ix-Xewkija, 2009 u fl-okkazjoni ta' l-20 anniversarju mill-pubblikazjoni tal-Konvenzjoni tad-drittijiet tat-Tfal, is-Sindku tax-Xewkija, Dr Monica Vella, harget bl-idea li jitwaqqaf il-Kunsill Lokali tat-Tfal fix-Xewkija. Hamest itfal, tlieta mill-Hames Klassi u tnejn mis-Sitt Klassi kienu eletti minn fost shabhom biex jirrapprezentawhom. Nhar is-Sibt, 28 ta' Novembru, fil-11.00 am, saret l-ewwel laqgha ta' dan il-Kunsill Lokali li fiha attendew kemm is-Sindku u s-surmast ta' l-iskola.

 kt1

 L-ewwel Kunsill tat-Tfal flimkien
mas-Sindku u s=Surmast

 Matulha kien spjegat lilhom ir-rwol li dawn ghandhom ikollhom. Kienu mahtura s-Sindku u l-Vici-Sindku u tliet Kunsilliera. Dawn huma: Joseph Cini, Sindku, Manuel Farrugia, Vici Sindku flimkien ma' Azzopardi Catriona, Caruana Annie u Spiteri Alison bhala Kunsilliera. Is-segretarju ta' dan il-Kunsill huwa s-surmast ta' l-iskola. Il-Kunsill Lokali tax-Xewkija qieghed ghad-dispozizzjoni ta' dawn il-membri €1,200 euro biex ikunu jistghu jintefqu fi progetti li huma jaghzlu ghall-iskola.

It-tieni laqgha saret it-Tnejn, 30 ta' Novembru fis-sala ta' l-iskola. Ghaliha attendew diversi genituri u t-tfal shabhom tal-klassijiet. Kienu diskussi diversi progetti utli ghall-iskola. Kien hemm diversi interventi mill-udjenza. Sar qbil li laqghat bhal dawn se jkomplu jsiru darba fix-xahar.

kt2 
 kt3
 kt4


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 02, 2009 at 11:30 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th August 2022
11:38 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org