Home arrow News arrow Skola arrow Skola arrow Il-Bandiera l-Hadra mtella' fl-Iskola Primarja tax-Xewkija
Il-Bandiera l-Hadra mtella' fl-Iskola Primarja tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Dec 15, 2009 at 03:00 AM

      Wara li ppartecipat fil-programm EkoSkola, li hu koordinat minn Nature Trust (Malta) l-iskola Primarja tax-Xewkija giet ippremjata bil-Green Flag biex b'hekk hi t-tieni skola f'Ghawdex li rebhet dan l-unur li s-sena l-ohra kien intrebah mill-iskola Primarja tax-Xaghra. EkoSkola huwa programm internazzjonali li hu mmexxi mill-Foundation for Environmental Education u jiffoka fuq it-tmexxija ambjentali. In-Nature Trust (Malta) introduciet dan il-programm f'Malta fis-sena skolastika 2002-2003 f'sitt skejjel f'Malta.  Prezentament hemm mitt skola jew 61% tal-iskejjel f'Malta u Ghawdex li qed jippartecipaw fil-programm EkoSkola. L-ghanijiet ta' dan il-programm huma dawk li joffru opportunità biex studenti zghar jibdew jadottaw rwoli partecipattiv fid-decizjonijiet ambjentali u jkunu attivi f'dan ir-rigward, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità.  Fi sfera internazzjonali dan il-programm gie adottat f'sebgha u erbghin pajjiz.  Din id-dimensjoni taghti timbru uniku u prestigjuz lil dawk l-iskejjel li jilhqu livell gholi f'dan il-qasam u jigu premjati bil-Green Flag.  Dan jghodd b'mod partikolari f'din is-sena li matulha saru diskussjonijiet intensivi fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent taghna u l-isfida globali tal-bdil fil-klima.

[ Informazzjoni : Saviour Tabone Video Clip : Mario Borg ]

 

Giet organizzata cerimonja specjali li matulha giet mtellgha l-Green flag ghall-ewwel darba fl-iskola primarja tax-Xewkija. Wara li giet iccelebrata quddiesa saru attivitajiet imhejjija mit-tfal dwar temi ambjentali li jiffukaw fuq il-principji ta' Reduce, Reuse, Recycle. Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Giovanna Debono, attendiet ghal din ic-cerimonja li ghaliha kien hemm prezenti wkoll is-Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said, il- Principal tal-Kullegg ta' Ghawdex, Chev. Frank Gatt flimkien mas-Sur Vince Attard, President ta' Nature Trust (Malta). Huma gew milqugha mis-sur Saviour Tabone, Kap ta' l-iskola, flimkien ma' l-ghalliema, studenti u genituri li wkoll kienu mistiedna ghall-okkazjoni.

Waqt li ndirizzat lil dawk prezenti, il-Ministru ghal Ghawdex esprimiet is-sodisfazzjon taghha ghal partecipazzjoni attiva mill-iskejjel Ghawdxin f'EkoSkola. Dan huwa wkoll mertu ta' dawk involuti fil-qasam edukattiv f'Ghawdex li jimpenjaw ruhhom b'risq edukazzjoni shiha ghall-istudenti Ghawdxin. Il-Ministru spjegat kif inizjattivi bhal dawn izidu l-gharfien u jnisslu kuxjenza favur l-ambjent fit-tfal minn età zghira, filwaqt li jzidu l-potenzjal biex din l-informazzjoni tigi mghoddija lill-kumplament tal-familji taghhom. ‘Huwa ghalhekk li bhala wahda mill-ewwel inizjattivi fl-implimentazzjoni tal-vizjoni eko-Ghawdex, ser jigi mniedi pakkett informattiv ghall-ghalliema dwar din l-aspirazzjoni tal-Gvern ghal Ghawdex', ?zedet tghid il-Ministru Giovanna Debono. ‘Dan jassigura li l-messagg tal-Gvern jasal u jinftiehem ukoll mit-tfal, li huma l-futur tal-gzira ta' Ghawdex'.

Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said ferah lill-Kumitat ta' Ekoskola ta' l-iskola primarja tax-Xewkija ghall-unur prestizzjuz li rnexxilu jakkwista, grazzi ghad-dedikazzjoni tal-ghalliema u tal-istudenti li qed jahdmu favur l-ambjent. Chris Said appella wkoll lill-istudenti sabiex issa x-xoghol li gjamlu fl-iskola taghhom ma jieqafx hemm imma jestendu u jittrasmettu l-impenn taghhom favur l-ambjent fil-familja taghhom u fil-lokalità, biex b'hekk ir-rizultat ta' xogholhom jinfirex u jhalli impatt tajjeb f'Ghawdex. Hu wkoll inkoraggixxa biex iktar skejjel jiehdu ezempju mill-iskola tax-Xewkija sabiex tinholoq iktar kuxjenza favur l-importanza tal-harsien tal-ambjent f'kull rahal f'Ghawdex.

 


User Comments

Comment by armonija on 2009-12-15 12:04:36
Unur kbir lill-iskola Primarja tax-Xewkija, unur li x-Xewkin kollha ghandhom ikunu kburin bih. Ta min isemmi li l-innu li jinstema fuq il-video clip huwa innu originali miktub propju ghal din ll-okkazjoni u li hemm il-hsieb li jkun l-innnu ufficjali ta'

Comment by armonija on 2009-12-15 12:05:25

Comment by armonija on 2009-12-15 12:06:01
EKO Skola. 
Please login or register to add comments

Last Updated ( Dec 16, 2009 at 08:35 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
15:52 
A+ | A- | Reset