Home arrow News arrow News arrow Zjara tal-Papa Benedittu XVI
Zjara tal-Papa Benedittu XVI PDF Print E-mail
User Rating: / 10
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Apr 18, 2010 at 10:26 AM

 

Papa_Frank
                                                                  

 

 Il-bierah 17 u illum 18 ta' April 2010 jibqghu mfakkrin ghaz-zjara tal-Papa f'Malta. Il-Papa nizel Malta fil 5 ta' filghaxija ghal din iz-zjara ta' 26 siegha. Il-Papa gie milqugh b'tant entuzjazmu u ferh. Wara c-Cerimonja tal-wasla, il-Papa mar il-Palazz tal-President il-Belt Valletta, fejn iltaqa mal-President ta' Malta u l-Awtoritajiet tal-Pajjiz. Wara sellem ukoll lit-tfal migbura fil-pjazza mill gallarija tal-palazz. Min hemm telaq lejn il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat u wara ltaqgha mal-missjunarji fil-Knisja ta' San Pawl, fejn imbghad ghal habta tat 8:15 ta' filghaxija telaq ghan Nunzjatura Appostolika tal-Virtu r-Rabat.

 

Live Webstreams

TVM - mms://wms.di-ve.com/encoder_tvm

OneTV - mms://wms.di-ve.com/encoder_one

Net TV -mms://wms.di-ve.com/encoder_net

Ikklikja readmore ghal iktar informazzjoni.

pope

 

Il-Hadd filghodu Malta sebhet b'temp ftit xitwi u xita rxiex, bit-temp jaqleb ghal ahjar u anke tohrog ix-xemx aktar tard. Kien hemm min xebbah dan it-temp ta' xita mal-migja ta' San Pawl f'Malta li qed tigi mfakkra illum il-1950 bil-migja tal-Papa f'Malta.

Fil-9:15 ta' filghodu l-QT il-Papa Beneditu XVI halla n-Nunzjatura ghal fuq il-Fosos tal-Furjana fejn waqaf ukoll quddiem il-Knisja ta' San Publiju. It-Tribuna li minn fuqha qaddes il-Quddiesa ta' fuq il-Fosos kienet mahduma mill kartun w materjal riciklat, fosthom anke is-siggu tal-Papa kien tal-kartun. Ghal din il-Quddiesa ngab ukoll il-kwadru titulari tal-Madonna ta' Pinu. Quddiesa li hadu sehem fiha xejn inqas min 600 sacerdot.
Wara l-Papa telaq lejn in-nunzjatura r-Rabat.

_________________________________________

Fl-4:15 ta filghaxija mbghad il-Papa jitlaq min-Nunzjatura ghal Kalkara, jaqsam permezz ta' dghajsa ghal Valletta Waterfront, ghal laqgha maz-Zghazagh. Hawnhekk l-Isqof ta' Ghawdex , ET Mons. Mario Grech ukoll jaghmel diskors ta' l-okkazjoni.
Mill-Waterfront imbghad il-Papa jitlaq lejn l-ajruport fejn wara c-cerimonja tat-tluq, il-Papa jhalli Malta fuq ajruplan ta' l-Air Malta ghal Ruma.
_________________________________________

 PapaMadonnaTaPinu


Il-Papa se joffri 'Rosa d'Oro' lil inkwadru tal Madonna ta' Pinu. Wara l-inkwadru se jittiehed fis-Santwarju tal Karmnu il-Belt Valletta fejn se jigi espost ghal venerazzjoni sal-Hamis. Il-Gimgha mbghad il-kwadru jittiehed Ghawdex f'pellegrinagg Nazzjonali. Jakkumpanjaw din l-pittura se jkun hemm l-Arcisqof Pawlu Cremona u n-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo. Mall wasla f'Ghawdex,il-kwadru se jittiehed f'pellegrinagg lejn ta' Pinu li jghaddi min Ghajnsielem, Xewkija, Vicoria u Ghasri. Wara ssir quddiesa immexija min Monsinjur Cremona.
L-inkwadru Ta' Pinu se jghaddi mill-Pjazza San Gwann Battista, Xewkija.

 

Fatti ohra

Is-sett ta' sitt gandlieri tal-fidda li ntuzaw ghal quddiesa ta' fuq l-fosos tal-Furjana huma tal-knisja ta' San Gorg, Ghawdex. Dawn il-gandlier nghataw biex jintuzaw ghal din l-okkazjoni.

 

Pope-Visit-2010-Official-Logo-2010-ENGsml

Il-Logo li ntghazel ghal din l-okkazjoni hu dak ta' Mario Abela mir-Rabat Ghawdex, ghalliem ta' l-arti u d-disinn.

Il-kor Ghawdxi 'Chorus Urbanus' taht d-direzzjoni ta' Mro Dr John Galea ha sehem flimkien ma kor ta' 130 adulti u 120 tifel u tifla. Dan il-kor kanta il 'Missa In Fractione Panis' ta' John Galea fil-quddiesa ta' fuq l-Fosos.

Il-Vangelu tal-quddiesa nqara mid-Djaknu Ghawdxi Max Grech, fost Ghawdxin ohra li wkoll tahaw sehemhom ghal din il-quddiesa. Fosthom kien hemm ukoll ix-Xewkija Franklin Vella li jidher fir ritratt principali.

 Din iz-zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI ikkoncediet ukoll ma gheluq zmienu. Il-Papa ghalaq 83 nhar il-gimgha 16 ta' April.

PopeMadonnaTaPinu

 

_________________________________________

 

PopeVisitBishMarioGrech

 

Links Ohra

Times of Malta Paypal Visit Website
- http://www.timesofmalta.com/articles/headlines/papal-visit

Chorus Urbanus Website - http://chorusurbanus.5gigs.net

Live Webstreams

TVM - mms://wms.di-ve.com/encoder_tvm

OneTV - mms://wms.di-ve.com/encoder_one

Net TV -mms://wms.di-ve.com/encoder_net


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Apr 23, 2010 at 04:40 PM )
<Previous   Next>
Friday, 3 rd May 2024
03:14 
A+ | A- | Reset