Home arrow News arrow News arrow Success Xewki fil-Festival Marjan 2010
Success Xewki fil-Festival Marjan 2010 PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Frans Galea   
May 12, 2010 at 02:53 PM

      Nhar is-Sibt 8 ta’ Mejju 2010, festa tal-Madonna ta’ Pompej u lejliet il-gurnata ghaziza ta’ Jum l-Omm,  fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat Ghawdex, sar il-41 Edizzjoni tal-Festival Marjan. 28 Kanzunetta ikkompetew flimkien f’erba’ kategoriji differenti. Kategoriji A, B u C kienu miftuha ghall-kantanti individwali maqsumin skond l-eta’. Kategorija D kienet miftuha ghall-korijiet. Dan il-Festival jista jitqies bhala wiehed li gab diversi successi ghall-partecipanti mix-Xewkija.

fm1

 Sarah Bonnici bit-tazzi li rebhet

      

       Sarah Bonnici, giet ikklassifikata fl-ewwel post  fil-Kategorija taghha (B) bil-kanzunetta “Ghidli Ghalfejn?  Ta’ min jghid li f’din il-kategorija hadu sehem l-akbar numru ta’ kantanti - total ta’ 11. Lejn l-ahhar tas-Serata Sarah Bonnici giet ukoll iddikjarata l-ahjar kantanta fost il-partecipanti kollha.

        Success doppju  iehor, gie miksub minn Analise Xerri li rnexxielha tkun fost ir-Rebbieha fiz-zewg kategoriji li ppartecipat fihom (C u D). F’kategorija C Annalise giet ikklassifikata fir-raba’ post  bil-kanzunetta “Marija, Il-Poeti Ifahhruk. Fis-sezzjoni tal-Korijiet, Annalise  ippartecipat bhala solista fil-Kor “The ODB Troupe” bil-kanzunetta Nittama Fiku kklasifikat fit-tieni post.                     Success iehor ghar-rahal taghna gie miksub ukoll minn Mario Borg li permess tal-kliem ghall-kanzunetta Kif Weghdtu Fuq l-Altar irnexxielu jikseb it-tielet post fost it-28 kanzunetta li ppartecipaw.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 12, 2010 at 03:04 PM )
<Previous   Next>
Friday, 3 rd May 2024
09:30 
A+ | A- | Reset