Home arrow News arrow News arrow Radju Prekursur jibda jxandar bl-iskeda tal-Festa
Radju Prekursur jibda jxandar bl-iskeda tal-Festa PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Contributed by Stefan Bugeja   
May 31, 2010 at 04:42 AM


Logoradju2Mit-Tnejn, 31 ta' Mejju, Radju Prekursur beda jxandar bi skeda specjali fl-okkazjoni tal-festa ta' San Gwann Battista, li din is-sena ser tigi ccelebrata fis-27 ta' Gunju.

Il-programmi matul l-ewwel gimghat ta' l-iskeda jibdew fl-10.00 a.m. u jibqghu ghaddejjin sa wara t-8.00 p.m.   Aktar tard, il-hinijiet tax-xandiriet jitwalu u jinkludu wkoll xandiriet diretti tal-funzjonijiet kollha li jsiru fil-knisja Rotunda kif ukoll kollegamenti mill-attivitajiet li jkunu qed jigi organizzati fl-okkazjoni tal-festa tal-patrun tar-rahal taghna tax-Xewkija.

Din is-sena l-iskeda tinkludi programmi varjati, ta' diski, informazzjoni, u kif ukoll programmi b'tema religjuza u kulturali.  Ma jonqsux f'dawn iz-zminijiet tal-festa bosta programmi ta' marcijiet mill-baned ta' Malta u Ghawdex, kif ukoll programmi ta' marcijiet mill-Banda tar-rahal taghna.  L-iskeda ta' din is-sena minbarra programmi li diga huma stabiliti maghkom is-semmiegha, tinkludi wkoll sensiliet ta' programmi godda li ghandhom jkunu ta' interess ghas-semmiegha kollha.

Ta' min isemmi li x-xandiriet kollha ta' Radju Prekursur jistghu jigu segwiti fuq l-internet, zur is-sit ta' Radju Prekurusr www.radjuprekursur.com.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 31, 2010 at 04:11 PM )
<Previous   Next>
Friday, 3 rd May 2024
06:30 
A+ | A- | Reset