Home arrow News arrow News arrow Zewgt Seminaristi Xewkin jinghataw id-Djakunat minn Mons. Isqof Mario Grech
Zewgt Seminaristi Xewkin jinghataw id-Djakunat minn Mons. Isqof Mario Grech PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 19, 2010 at 05:04 PM

       Ghada il-Hadd 20 ta' gunju 2010 Franklin Vella u Trevor Sultana,  zewgt Seminaristi mil-Parrocca tax-Xewkija ser jinghtaw id-Djakonat mil-Isqof t'Ghawdex fil-Katidral t'Ghawdex fis- 6.00pm .

 fv1

 Franklin Vella

ts1

 Trevor Sultana

 

 

Franklin Vella twieled fis-7 ta' Frar 1985, minn John u Rita nee Attard.  Huwa t-tieni wiehed fost erba ahwa.  Ta' tliet snin huwa dahal fil-kindergarten ghand is-Sorijiet Dumnikani li dak iz-zmien kellhom kunvent magenb il-kappella tal-Madonna tal-Hniena.  Bejn is-snin 1990 u 1996, Franklin ha l-edukazzjoni primarja tieghu fl-iskola tax-Xewkija, illum l-Iskola Rosa Magro.  Ta' 8 snin huwa dahal abbati fil-parrocca taghna u baqa' jaghti dan is-servizz sakemm dahal is-seminarju ta' 18-il sena.  Franklin ha l-edukazzjoni sekondarja tieghu fl-Iskola Ninu Cremona bejn is-snin 1997 u 2001.  Fl-2001 huwa beda s-sixth form u fl-istess zmien beda jattendi ghall-preseminarju - laqgha ta' darba f'xahar fejn zghazagh li jkunu qed ihossu s-sejha jkollhom mument ta' talb u riflessjoni flimkien.  Franklin beda l-formazzjoni tieghu ghas-sacerdozju fis-sena 2004, fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu, ir-Rabat.  Bejn is-snin 2007-2008, huwa ghamel l-esperjenza tas-sena intermedjarja gewwa l-parrocca ta' St. Kevin, gewwa Queens NY, fl-Istati Uniti.  Lura minn din is-sena Franklin kompla l-formazzjoni fis-seminarju u beda jircievi l-ministeri li bil-mod il-mod iwassluh ghas-sacerdozju - fi Frar tal-2009 ircieva l-ministeru tal-Lettorat, filwaqt li f'Dicembru tal-istess sena rcieva l-ministeru tal-Akkolitat, u b'hekk beda jwettaq il-ministeru tat-tqarbin.  Fl-20 ta' Gunju, Franklin se jigi ordnat Djaknu fil-Katidral t'Ghawdex, mill-Isqof Mons. Mario Grech.

         Trevor Sultana twieled nhar it-23 ta' Jannar 1986 minn Michael u Rita nee Hili.  Huwa z-zghir fost zewg ahwa.  Trevor beda l-edukazzjoni tieghu fil-kindergarten u mbaghad fl-Iskola Primarja tax-Xewkija, bejn is-snin 1991 u 1997.  Qrib il-Milied tal-1995 huwa dahal abbati fil-parrocca taghna u baqa' jaqdi dan is-servizz sakemm dahal is-seminarju fl-2004.  Trevor ha l-edukazzjoni sekondarja tieghu fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta' Gesu.  Fis-sena 2002 huwa beda s-sixth form u fl-istess zmien beda jattendi ghall-preseminarju, flimkien ma' grupp ta' zghazagh ohrajn li kienu qed ihossu lill-Mulej isejhilhom.  F'Settembru tal-2004, Trevor beda l-formazzjoni tieghu ghas-sacerdozju fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu.   Bejn is-snin 2007 u 2008, Trevor ghamel l-esperjenza tas-sena intermedjarja gewwa St Mary' s Parish, Manhasset, Long Island NY, fl-Istati Uniti.  Lura minn din is-sena huwa kompla l-formazzjoni tieghu fis-seminarju. Fi Frar tal-2009, Trevor ha l-ministeru tal-Lettorat u f'Dicembru tal-istess sena ha l-ministeru tal-Akkolitat.  Huwa se jigi ordnat Djaknu mill-Isqof Mons Mario Grech, nhar il-Hadd 20 ta' Gunju, gewwa l-Katidral t'Ghawdex.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 19, 2010 at 06:38 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 2 nd May 2024
00:33 
A+ | A- | Reset